![]() |
![]() |
| Fiera jew monti? * |
| by Martin Debattista |
L-edizzjoni ta' din is-sena tal-fiera tal-kompjuters giet u marret. Ghalkemm ghadna qed nistennew il-figuri ta' l-attendenza, jidher li kienet fiera tajba ghal certi aspetti u dizappunt f'aspetti ohra. L-impatt taghha jibda jinhass vera fil-gimghat li gejjin meta n-nies li marru l-fiera jkunu ddecidew x'se jixtru, izda hames snin wara l-introduzjoni ta' l-Internet, qed nistennew li l-fiera tkun xi haga ahjar minn monti kbir ta' bejjiegha jqacctu l-prezzijiet.
Monti
Kif shaqna ghal dawn l-ahhar snin, il-fiera hija appuntament annwali importanti wisq biex tirriduci ruhha ghal monti fejn skoss bejjiegha tal-kompjuters, uhud stabbiliti u whud godda, iqacctu l-prezzijiet bl-addocc, l-aqwa li jbieghu. Sfortunatament ma' l-ewwel daqqa t'ghajn dan hu l-iktar element li jispikka. L-element edukattiv, bhal snin ohra, rega' kiene nieqes ghal kollox. L-uniku tentattiv biex il-feira toffri forum ta' diskussjoni jew spunti ohra rilevanti f'dan il-qasam kien is-seminar tradizzjonali organizzat mill-Maltacom. L-attendenza din is-sena ma kinetx wahda kbira minkejja l-fatt li ninsabu fil-bidu ta' triq twila, u kultant difficli, tal-liberalizazzjoni tal-qasam tat-telekomunikazzjoni. L-attendenza kienet limitata ghal kumpaniji u organizazzjonijiet involuti fil-qasam. Il-konsumaturi, jigifieri ahna, ma dehre mkien.
Apparti dan, ftit kien hemm skop fejn kull min verament jinteressah il-qasam tal-kompjuters u t-teknologija, jew ghax jahdem fiha jew inkella ghax tinteressah jew tolqtu mill-qrib, isib post jiddiskuti u jiltaqa'.
L-ikbar storbju, f'kull sens tal-kelma, kien gej minn kompjuters li kienu qed jilaghbu fuqhom it-tfal. Kwazi hadd ma ghamel accent fuq l-element edukattiv. Wiehed mill-ftit esebituri li ghamel xi haga f'dan ir-rigward kien it-TCTC li rama klassi zghira fejn it-tfal setghu juzaw kompjuter bil-kwiet u mhux jilaghbu loghob ta' l-isparar, tlielaq jew glied kif kienu ghall-wiri fi stands ohra biex jigbdu n-nies.
Kien jidher car hafna wkoll il-fatt li hafna telghu biex jixtru kompjuter minghajr lanqas biss ghandhom idea ta' x'fih kompjuter, ghal xhiex ghandhom isaqsu, u kif jistghu jevitaw li jixtru wiehed li ma jkunx jaqdi ezatt il-bzonnijiet taghhom. Hafna ucuh dehru mitlufin ghall-kollox, mitluqin f'idejn il-hniena ta' bejjiegha ghatxana li l-uniku tir huwa li jbieghu kemm jista' jkun kompjuters armati u jiswew l-iktar flus. Inhass hafna n-nuqqas ta' punt ta' referenza fejn in-nies imorru jistaqsu u jiehdu parir genwin qabel imorru jixtru.Internet
L-edizzjoni ta' din is-sena hija l-hames anniversarju mid-dhul ta' l-Internet fil-Gzejjer Maltin. Stennejna li din is-sena tkun fiera specjali, mhux ghax tal-birthday biss, izda anke ghaliex habtet fi zmenijiet verament interessanti tal-bidu tal-process tal-liberalizazzjoni tal-qasam tat-telekomunikazzjoni.
Minn banda konna dizappuntanti, izda rajna wkoll zviluppi interessanti. L-ISP's ewlenin kienu kwazi kollha hemm, b'ghexieren ta' kompjuters imqabbdin ma' l-Internet lesti ghall-uzu. Il-Video on Line kellhom stand li ha sala shiha, u l-ohrajn kellhom il-kobor ukoll.
Jidher li l-prezz tas-servizz ghadu l-ikbar fattur li jiddetermina ma' min ha jmur abbonat. Ghallinqas wara hames snin il-kwistjoni tal-heffa u accessibilta' m'ghadhiex problema bhal qabel.
Fil-fiera ta' din is-sena seta' kellna t-tnedija tas-servizz ta' l-Internet bil-cable mill-Melita Cable u fl-istess hin inqabbluh mas-servizz ta' l-ADSL mid-Datastream. Il-Melita issa tisa' toffri access ghall-Internet bil-cable wara zviluppi ricenti fl-ahhar jiem, izda ma kelliex cans biex turi l-kapacitajiet tas-servizz fil-fiera. Kienet tkun taqtigha interessanti naraw il-prezzijiet u l-facilitajiet tal-cable Internet imqabblin ma' l-ADSL, it-teknologija l-ohra offruta mis-sussidjrarja tal-Maltacom . Il-girja ghall-aqwa access ghall-Internet se tkun bla dubju bejn ADSL u l-cable.
Ghall-ewwel darba fil-fiera kien hemm esebituri li huma contetn providers u mhux access providers, li kienu qed jippromwovu l-websites. Kien hemm ukoll kumpanija tal-hosting u shoppoing mall gdid. Dan hu zvilupp interessanti hafna u indikattiv ta' 'l fejn sejrin: il-kwistjoni m'ghadiex jekk hux se naqbdu tajjeb ma' l-Internet ghax din issa giet solvuta, izda x'servizzi ha nsibu fuq l-Internet. Barra minn Malta xebghu jghidu li "content is king", jigifieri l-iktar haga importanti, u jidher li f'Malta din diehla bil-mod il-mod.
Zvilupp iehor li se jolqotna hafna mill-qrib fix-xhur u snin li gejjin huma s-servizz tal-gvern li se jibdew jinghataw fuq l-Internet. Fil-fiera kien hemm ukoll stand tal-MITTS li wera kif se nibdew niehdu dawn is-servizzi b'iktar efficjenza minn fuq l-Internet. Fil-gimghat u xhur li gejjin se jkun hemm tibdil sostanzjali fil-website ufficjali tal-gvern Malti u tkun imnedija website gdida bl-isem ta' "www.gov.mt".Mobile
Peress li l-fiera tinkludi wkoll it-telekomunikazzjoni, kien hemm ukoll iz-zewg operaturi tat-telefonija cellulari u hwienet li jbieghu l-mobile phones. Kif kien mistenni, kien hemm konkorrenza qawwija min-nies f'dawn l-istands.
Konna xi ftit dizappuntati. Il-Vodafone kellhom sala shih biex jghajjtu dwar is-servizzi godda li qed jew se jibdew joffru, ewlenin fosthom l-SMS. Izda propju fil-ftuh tal-fiera kellhom problemi teknici ghaliex ma setghux ilahhqu man-numru enormi ta' messaggi li bdew jibaghtu n-nies. Il-Vodafone sfat vittma tas-success taghha stess ghax ma stennietx li s-servizz se jaqbad fil-popolarita' wisq u wisq iktar minn pajjizi ohra Ewropej. Il-problema giet solvuta fi tmiem il-gimgha.
Min-naha l-ohra, il-go mobile, li se tniedi s-servizzi taghha fl-1 ta' Dicembru, kellha stand zghir hafna flimkien mas-sussidjarji l-ohra tal-Maltacom. Kien stand mitluf u li zgur ma halliex impatt meta l-kumpanija minn issa trid iddoqq it-trombi biex twitti t-triq ghat-tnedija tas-servizzi taghha. Stennejna xi haga simili ghal dak li kellha fil-fiera internazzjonali ta' Lulju fejn hemmhekk verament ghamlet hoss meta lanqas biss kellha licenzja biex topera.Appuntament
Il-fiera ta' din is-sena kien appuntament importanti li tilef xi ftit mill-impatt li seta' kellu minhabba diversi ragunijiet li semmejna. Ghadna 'l boghod mill-jkollna fiera ta' livell simili ghal fieri kbar internazzjonali bhall-Consumers Electronics Show, is-CeBit u ohrajn. Tghiduli, mhux qed tara kbir li ssemmi dawn il-fieri? Mhux qed nippretendi dak il-kobor, izda li fic-cokon taghna jkollna l-istess spirtu ta' innovazzjoni u kreattivita', fejn in-nies jiltaqghu biex jitkellemu u mhux semplicement biex jiffrankaw lira minn fuq kompjuter gdid.* Dan l-artiklu kien pubblikat ghall-ewwel darba fil-gurnal KullHadd tat-22 ta' Ottubru 2000.
- Return to the main INTERNET index
| © Copyright 2000 - 2008 aboutmalta.com |