L-ISTORJA TA' MALTA
0000 B.C. - 1800 A.D.


B'ringrazzjament specjali li Dun Laspina
li zgur qatt ma basar li l-istudju tieghu kellu
jispicca ghal studju ferm akbar.


Minn
RITA FALZON


1.
Din li gejja hi storja vera
kif ftit ftit sejrin taraw,
il-Maltin u l-hajja taghhom,
sejrin naqbdu nistudjaw.

Ghaliex x'hemm isbah u aqwa,
milli taghraf art twelidek,
u tkun taf min kien fl-imghoddi
illi qal 'Jien Alla Sidek'?

Kemm nies gew u tellaqniehom,
min bis-sewwa u min bid-dnewwa,
min gie gita ta' ftit granet,
u min zmienu qabez sewwa.

Imma fl-ahhar kollha telqu,
kemm bin-nemex jew Taljan,
u hallewna kwieti u najxi,
toqba fil-Mediterran.


2.
Izda tridx nibdew mill-bidu
meta Malta kienet gebel,
u ma' kienx hawn il-karozzi,
la tal-linja w la tad-demel?

Miljun sena qabel Kristu,
hekk jghidulna l-istudjuzi 
Malta kienet fil-quccata
ta' muntanji ferm furjuzi.

Malta kienet pont mill-isbah,
bejn Sqallija ul-Marokk,
Tuza l-highway malajr tasal,
'kk tghaddi via Marsaxlokk.

Izda mbaghad gara dizastru,
dal-vulkani izbruffaw,
l-art ittreghdet, nizlet l-isfel,
ftit nies ferm kienu salvaw.

U hekk Malta saret gzira.
In-nies kienu lkoll nudisti,
imbaghad raw il-moda w libsu,
u tajniha ghat-turisti.


3.
L-ewwel nies fuq din il-gzira
kienu gdur tal-prima klassi,
ghadhom lura miljun sena,
xorta ghalihom silg jew bnazzi.

Xejn tibdil ghal fil-ghaxija,
jew bic-coff ghall-okkazzjoni,
it-tfajliet b'sidirhom barra
ha jqajjmulek il-passjoni.

L-irgiel b'bicca gild ma' qaddhom,
u imghazqa fuq spallejhom
jizfugaw id-dwejjaq taghhom
fuq min jigi taht idejhom.

Kemm jekk tigra jew rajnosru,
jew baliena f'qiegh ix-xmara;
jekk jaqbduk maghmula tieghek
Fittex aghmel l-ahhar qrara.

Nhar ta' Hadd johorgu dawra
Sal-Ggantija jew l-Imnajdra
jew xi Disco Hal-Saflieni,
u bit-tfal itajjru t-tajra.


4.
Kultant kienu jmorru t-Talkies,
jew ghal drink il-Hypogeum,
jew jisimghu l-Kantata
f'Hagar Qim, dik tat-Te Deum.

Fi ftit kliem din hi l-istampa
ta' hajjietna f'dak iz-zmien.
Kien zmien sbejjah imma ballec,
bhal kull haga gie fit-tmiem.

Il-Fenici qabda w dahlu,
mank staqsewna "if you please?"
Gew bir-razza u r-radika,
hadu l-Malta fuq "long lease".

Il-Maltin okkrithom ghajnhom.
Qalu "dawn min baghat ghalihom?"
Gew hawnhekk u ghamluh taghhom;
dawn x'se naqbdu naghmlu bihom?"

Il-Fenici nies maghrufa
ghan-negozju u l-harir.
Ghallmu n-nies ta' dawn il-gzejjer
kif isiru poplu kbir.


5.
U qalulhom sabiex jahdmu,
jibnu arthom fuq ix-xoghol.
Hadd ma' qallhom illi l-Malti
laqqmu huwa s-sur Imbroll!

Il-Maltin ma tantx stikkjawhom.
Qalu "sewwa, dawn hawn gew
biex jghidulna halli nahdmu
u minn fuqna jistanew!"

U bis-sieq minn hawn harguhom.
Daqs kemm grew qabzu l-fliegi.
Il-Maltin raqdu kuntenti
u kif qamu sabu l-Griegi!

Hakkew rashom u fl-art bezqu.
Dawn minn fejn il-ostja nqalghu?
Dawn ma' kienux hawn il-bierah;
mistaghgbin, iharsu baqghu.

Mela l-Griegi kienu fanfri,
kollhom kotba w dehebijiet.
Arpi, biros u vjolini,
xugamani w banjijiet.


6.
Lil Maltin pront injurawhom.
Tawhom darhom bla indiema.
Kienu snobs u qatt ma' thalltu,
u marru jghixu go tas-Sliema.

Waqt il-jum kulhadd ikanta.
Qishom boloh jew ddragjati.
Waqt il-lejl jieklu u jniku;
jew ma' l-art, nofshom bblukjati.

Kultant johrog xi poeta
li b'xi versi idahhakhom.
Dawn fil-pront ituh kuruna
u jziduh ma' l-allat taghhom.

Kieku qatt ma' taw fastidju.
Qatt ma' qalghu l-ebda inkwiet.
Izda l-Malti jhobb isefsef;
qatt ma' tghallem jghozz is-skiet.

Kienu jmorru jispajjawlhom
u jnemsulhom f'nofs ta' lejl;
imbaghad jghidu "x'gharukaza!"
u jdawwru rashom dawra mejl.


7.
"Dawn x'nies huma?", kienu jgergru,
"mohhhom biss biex jixxalaw.
Pala b'idhom qatt ma' qabdu,
tihom biss li jizgarraw!"

"Imqajjmin meta ahna rieqda;
jorqdu meta nkunu qomna!
Dawn ahjar minn ta' qabilhom;
ara Alla jibghathomna!"

"Daqqa jfahhru lil Sokrates;
jew inkella lil Omeru;
dawn min huma? xi zewg pufti?
Kif hawduna haqq ghall-kleru."

Il-Maltin nies tal-familja,
u dawn l-orgji xejn m'ghogbuhom,
specjalment ghaliex il-Griegi
jiehdu sehem qatt ma' halluhom.

U bhat tfal illi jghidulek
jew nilghabu jew infajjru,
qalu jew ingawdu maghhom
jew minn hawn lilhom intajjru.


8.
Izda l-Griegi rashom iebsa
u ddawwarhom qajla qajla.
Qalu mela ahna nistghu,
naqghu ghal din il-marmalja?

Geddum ghamlu w telqu 'l-barra
l-ebda farewell kiss ma' laqghu.
Il-Maltin regghu wahedhom
u cwiec kienu w mija baqghu.

Issa ejja nharsu naqra
lejn l-istorja ta' l-Ewropa;
ghaliex Malta parti minnha
u din serja, m'ijiex loghba.

Poplu iehor bla kwiet f'sormu
kien fis-skiet qed jipprepara
biex l-Ewropa jikkonkwista
u jharbatha bl-akbar hrara.

Kienu suwed minn Kartagni
nies b'sahhithom m'ghola sur.
Ahjar torbot mazra m'ghonqok
milli kontra taghhom tmur.


9.
Bdew ifarrku wiehed wiehed,
kull pajjiz li gie quddiemhom
sakemm kollox kienu rebhu
kulhadd kien qieghed taht sieqhom.

Il-Maltin bhal bezghu minnhom.
It-talb l-Alla tiela w niezel.
Imma xorta gew u qaghdu.
X'taqbad taghmel l'ahna bziezel!

U kemm staghgbu meta rawhom
suwed fahma kbar u tfal.
"Mela daw f'pajjizhom," qalu
"is-sena kollha Karnival?"

Izda suwed, blu jew bojod,
kellna nsiru skjavi taghhom,
u f'kull gwerra li nqalet
dhalna wkoll fil-basla maghhom.

Kellhom wiehed ferm fuq tieghu
illi kien il-kbir kmandant.
Hannibal kien fih daqs gemel.
Tifqghu jidghi ma' kienx lant.


10.
Issa dan bdiet ittih f'ghajnu
illi Ruma bdiet titkessah.
Fil-pront mar u fetah gwerra;
minn kulhadd hu gie jitmellah.

Rama' l-hmir u l-iljunfanti
u telqilha ghal ghonq it-triq
eluf kbar jimmarcjaw mieghu
minn x'hin jidlam saz-zernieq.

Ma' kienx cuc hasibha sewwa.
Lis-suldati mexxa sew.
Dlonk ghaddiehom mill-muntanji,
u minn wara Ruma gew.

Izda hadd ma' jaf il-ghala,
quddiem Ruma m'attakkax.
Dawwar dembu w rega lura.
It-temp forsi, ma' darax?

Imma halef li jeqridhom,
u biex juri li mhux niedem,
qata' sebghu b'sagrificcju!
Kos! Kif jahdem mohh il-bniedem.


11.
Izda Ruma qaltlu nini
"Ahna poplu w razza unici"
w hawnhekk tela' s-separju,
fuq l-imgharrqa gwerer punici.

Ir-Rumani u ta' Kartagni
qabdu jaghtu left and right
m'hemmx manjieri w kantunieri.
Tghidx kemm sabbtu nies mal-hajt.

Kontra qalbna, l-forzi taghna
ma' Kartagni kellna nqieghdu.
U hekk dhalna f'din il-gwerra
bhal Pilatu gewwa l-Kredu.

Izda Ruma kienet champion
u damdmithom wahda sew.
Taghthom xebgha u garrithom
Mur ilhaqhom daqs kemm grew!

Issa kien it-turn ta' Ruma
jigu jqattghu holiday.
Il-Maltin hadu ghalihom,
min hu sejjer, min hu gej!


12.
Kollha jgergru, kollhom gdiedem,
kollha qishom ras maqtugha.
"Iva hawnhekk m'hemmx li nistriehu?
Ghandna qalbna ferm mugugha."

"Gew il-Griegi u l-Fenici,
issa waslu r-Rumani.
Taf min jonqos biex jifqawna?
Jigu l-cowboys u l-Indjani!"

Izda ghal darba gietna tajba,
ma' gejniex mahqurin wisq;
anzi issa ghadda fuqna
ftit taz-zmien ta' paci w risq.

Ir-Rumani bdew jibnulna
hafna tempji u areni,
nudists camps u municipji,
u il-vaski ghal baleni.

Tawna wkoll kostituzzjoni
bhal dik tal-poplu Ruman.
Bnew l-iskejjel fejn kont tista'
ggib l- 'O' Level tat-Taljan.


13.
U lawwmuna hbieb kbar taghhom;
rispett kbir lilna urew.
Sahansitra ghamluna SOCII;
gejna propja tal-muzew.

O! Xi snin bellezza kienu;
kemm hawwadna zwiegijiet
bejn Maltin u r-Rumani;
xejn glied aktar, xejn inkwiet.

U kemm grejna ghall-arena
biex naraw it-tlielaq kbar,
u kemm laghabna w tlifna mhatri,
fuq iz-zwiemel, lejl u nhar.

U kemm morna passiggati
hdejn il-villa gewwa r-Rabat,
u kemm grejna lejn Bugibba
meta x-xini mal-blat habat.

Imma qabel ma' nghidilkom
fuq li gara lil San Pawl,
tajjeb nghidu x'gara f'Malta
qabel dan gabilna d-dawl.


14.
Ghax kif jghidu sew l-antiki,
ix-xitan m'ghandux halib,
u baghatilna kmandant fuqna,
illi xejn ma' kien habib.

Dan kien bniedem ferm imhawwad;
kien jilghabhom u ghazzien.
Ma' kien hadd hlief Caius Verres,
Tghidli x'ghamel? Nghidlek jien!

Mela darba dal-Madonna,
tilef kemxa l-Casino'
kieku ghamel ikla, l-anqas
kien ikollu ghar-ripo'.

Minn x'imkien il-flus ried jobrom.
Ghajnejh tefa bla rispetti
fuq it-tempju kbir ta' Juno,
u zarmalu sac-cappetti.

Il-Maltin dak kien jonqoshom,
kienu xebghu jiehdu fihom,
u kif semghu b'li kien ghamel,
fawra kbira hassew fihom.


15.
Baghtu wiehed halli jkellmu
u jitolbu spjegazzjoni.
Caius izda beda jharref
qisa gejja l-elezzjoni.

Imma l-Malti xejn ma' emmnu.
Qallu "Xbin, abbuzajt wisq,
u jekk tibqa' f'din il-linja,
xejn mhu sejra ggiblek risq."

"L-ewwel qbadt w ghollejt it-taxxi,
u il-hajja infern giet.
Issa zarmajtilna t-tempji:
tridx ninzawlek il-qalziet?"

Izda Caius rasu iebsa,
u ma' riedx jaf b'ragunar,
u il-Malti mar il-barra
minn ghajnejh itir in-nar.

Mar b'kemm Alla selfu sahha
biex jiltaqa' fil-maghluq,
mal-kbarat tal-Maltin kollha,
u ftehim gie fis milhuq.


16.
Ghax jekk Caius rasu iebsa,
il-Maltin mhux inqas zgur.
Ftehmu illi jmorru Ruma
u jigzawh l-imperatur.

Dana kien Neruni Primu,
tghidx kemm laqa' lil Maltin.
U kif xeghel x'hin semgha x'ghamel
lil Maltin dak l-assassin.

Il-kuruna ghamel zibel,
bit-tisbit tajjar ix-xrar.
Tant inharaq li nfexx f'Ruma
u f'minuta ghamilha nar.

Il-Maltin telqu kuntenti,
ghax lil Caius wahhluhulu;
u difatti dan gie mnehhi,
mank 'buon viaggio' ma' qalulu.

Issa nergghu mmorru lura
qabel bdejna din l-istorja,
u nitkellmu fuq nawfragju
illi f'Malta gab il-glorja.


17.
Kienet lejla kollha dalma,
xita w rih u kesha w bard.
Kieku hareg xi hadd barra
zgur ghax harab minn H'Attard.

Maltempata fuq il-bahar
qisa' korla ta' l-allat
u go nofs dak l-infern kollu
xini resaq lejn il-blat.

Il-kaptan b'ghajnejh imberrqa
bhal gurdien minn ta' l-imramma,
izda blata daqs bulldozer
Kristu t'Alla lanqas xammha.

Il-vapur fi tnejn inqasam,
gie kulhadd fil-bahar jghum.
Min iserrah ma' xi cattra,
jew ma' dinghy minn tal-foam.

Il-Maltin, hekk malli semghu
dak l-ghajjat, telquha ghax-xatt.
Min bil-kit tal-first aid jigri,
lest jixxabbat fuq il-blat.


18.
Bit-tbatija w sagrificcju,
salvaw hafna nies mill-gharqa.
Imbaghad marru jigbru l-hatab
u huggiega ghamlu f'ghalqa.

Bil-kemm kemm ghaddiet minuta,
meta b'half imzewwaq fin,
ragel qam iferfer idu.
Tghid x'kien gara x'wahda din?

Kulhadd baqa' iebes ghuda,
meta raw lil dan il-flien.
B'lifa' mkebba sew ma' idu,
skiet perfett ma' kullimkien.

Izda dana xejn ma' kkoppa.
Dlonk farfarha fuq in-nar.
In-nies baqghu ssummati,
x'jaghmlu? Jaqbdu jigru bih l-isptar?

L-iehor kompla jimla' l-hawsla,
tfewwaq wahda w qala' jdejh.
Il-flixkun ta' l-imbid qabad
u f'nifs wahhlu ma' grizmejh.


19.
Imbaghad rahom lejh iccassati.
Min kien jaf dawn x'setghu rawlu!
Wiehed qallu, "Xbin int x'jismek?"
Fil-pront qabez l-iehor "Pawlu."

Rega l-iehor, "isma siehbi,
int jew int iffortunat,
jew inkella fuq dil-gzira,
l-iktar wiehed ingurmat."

"Ghax li kieku dik il-lifa'
minflok mieghek, qabdet mieghi,
kieku int ga qed tirranga
halli terfa' t-tebut tieghi."

Izda Pawlu xengel rasu,
u ha bela' ohra mbid.
Imbaghad qallu "xbin emminni,
dik ghalija chicken feed."

"Dik no problem, xejn tinkwieta,
tghidx kemm naf tricks fuq din l-arti.
U li mhux ghax hawn il-kesha,
nghidlek gib zewg mazzi karti."


20.
Kulhadd capcap u ghajjatlu;
b'kutra ghattewh mill-aktar fis,
u staqsewh "X'ser taghmel Ruma?"
Qallhom, "Halli nsir qaddis."

"Izda qabel jien impoggi
rasi taht dik il-mannara,
tridux tidhlu soci mieghi
u nsiru lkoll insara?"

Kienu ftit dawk li hasbuha,
specjalment la tidhol b'xejn.
Kollha tghammdu wiehed wiehed,
biex helishom dam jumejn.

Imbaghad telaq minn dil-gzira,
qatt ma' rega resaq 'l haw'.
Il-Maltin hatruh missierhom,
u fid-dagha ziedu l-San Pawl.

Malta ghalhekk saret fortizza
tad-dixxipli tal-Mulej.
Hasbu issa lahqu s-sema,
izda l-kbir kien ghadu gej.


21.
Is-snin kbar ghaddew minn fuqna,
ir-Rumani damu sew.
F'Malta damu tmien mitt sena,
kulhadd nesa' meta gew.

Imma issa faqqghet krizi
sewwa sew fil-middle east,
l-Arab qamu taht Muhammed,
hawn beda it-tbabis.

Riedu jkunu l-kmandi huma;
bdew jiggieldu ma' kulhadd.
Qabdu jaghtu mar-Rumani,
u ftit ftit ghamluhom raghad.

Rebhu gwerra wara l-ohra,
grew b'kulhadd, ma' sabux skoll.
Ma' nafx ghala, kif u x'fatta
dawn spiccaw hawnhekk ukoll.

U f'saghtejn ghamlulna herba,
qabdu maghna ghal xejn b'xejn.
Ta' kuljum johorgu ligi,
u jbiddluha kull jumejn.


22.
Kif jaraw salib jiggennu;
hlief il-qamar ma' riedux.
Flok il-knejjes ghamlu mandra,
sa biddlulna anke l-flus.

Il-Maltin thawwadna sewwa.
X'differenza minn ta' Ruma!
Qalu "dawn twieldu jew faqqsu?
dawn imgienen, xiz-zobb huma?"

Ligijiet qishom pastizzi,
bdew hergin bis-sold xelin.
Hadd ma' jista' jzomm armi
jew jilbislek ilbies fin.

Kullimkien trid tmur bil-mixi;
il-hmir biss ghall-Musulmani;
id-djar kollha b'sular wiehed,
ta' bit-tnejn ghall-Mawmettani.

Il-Maltin l-anqas biss riedu
illi jemmnu lil ghajnejhom.
U l-Maltin meta jiddejqu
kollox jghodd ghal taht idejhom.


23.
Darba ltaqghu go kantina;
il-kbarat ghamlu kunsill.
Imbaghad qam il-capo taghhom
u grizmejh b'tazz' ilma bill.

Qallhom, "l-ahwa tridx nahilfu
kif qieghdin go dil-kantina,
qabel tqum wahda tinkiteb
u naghlquhom go l-Imdina?"

"Tridx nahilfu li nghidulhom
ha jhalluna ftit fil-kwiet;
haqq wicc Eva dawn qazzuna!
Ma' jafux li nhobbu s-skiet?"

U malajr ghaqdu tuzzana
biex imorru b'dil-missjoni
l-EMIR hargeg biex jiltaqgha
ma' din id-delegazzjoni.

Sa mill-bidu f'xejn ma' qablu.
Ma' solvew xejn mill-intoppi.
Ghal kull punt li l-Maltin qajjmu,
l-Emir ghajjat "Ala zobbi!"


24.
"Go dil-gzira jien nikkmanda.
Taghkom jiena il-Mulej.
Issa morru u halluni
u tigux qabel sentej'.

U tahsbux li ser taghmluli,
ghaliex jien naf anki b'dan,
bhal m'ghamiltu l-Caius Verres,
u tigzawni lis-Sultan.

Ghaliex dak iz-ziju tieghi,
u ihobbni bhal mignun.
L-anqas haqq it-triq li tiehdu,
biex tohorgu ta' beccun."

Il-Maltin telqu l-barra,
kollha dembhom taht il-blata;
u peress li l-guh qabadhom,
marru jieklu l-Malata.

U komplew jaghmlu l-konfoffi,
sabiex jilhqu dak il-ghan,
illi jgibu l-xi hadd b'sahhtu
halli jtajjar lit-tirann.


25.
Baghtu hafna ittri barra,
lil kull min hu nteressat,
u offrewlhom din il-gzira;
basta mhux xi hadd sfrattat.

Kellhom hafna dizappunti,
hafna wiegbu u ma' riedux.
Ohrajn lanqas biss kitbulna;
forsi bezghu u ma' zzattux.

Sakemm darba waslet wahda
illi kellha news sabih.
"Merhba hbieb," kienet tghid l-ittra,
"Dak l-Emir daqt gej ghalih!"

"Jiena hu l-Konti Ruggieru,
u fuq l-Arab nisma gbajt.
U l-Emir, la jigi f'idi
se nahtaflu hatfa l-bajd."

"Se nillandja f'MIGRA L-FERHA,
u mbaghad nigbed ghall-kampanja,
u kif nidhol go l-Imdina,
lestu mara u x- Xampanja."


26.
Tistghu tahsbu kif dil-bxara,
lil kulhadd imliet bil-ferh,
ghaliex wara dal-martirju
kellna cans insibu s-serh.

U il-jum mistenni wasal.
In-nies kollha marru x-xatt.
Kif il-Konti beda jxejjer,
kwazi ttarrax b'dak l-ghajjat.

Kulhadd ghajjat b'dik is-sahha
illi Alla tahom fil-gargi
u biex zgur johdulu rasu,
giet il-banda ddoqq il-marci.

Nizel l-art bil-gwardji mieghu,
bil-bandiera fuq quddiem.
Resqu lejh il-kbarat taghna,
u flimkien xtaqulu s-sliem.

Tghidx kemm damu isefsfulu,
kontra dak il-baghal Emir,
u kemm halfu li jixtiequ
li jwahhlulu wiehed kbir.


27.
U il-Konti hassu mnikket
meta sema' lill-Maltin.
U qalilhom illi l-Arab
dalwaqt jispiccaw hazin.

U telqilha ghall-Imdina,
ha short cut w ghadda mill-Qawra;
kull min rah malajr induna
illi kien bil-bajda mdawwra.

Habbat fuq bibien l-Imdina
qallhom "ifthu issa stess;
ghax bis-sewwa jew bid-dnewwa
ta' dil-belt hadt il-pussess."

L-Arab twerwru u fethulu;
hadd ma' ried li rasu ttir.
Telqu l-armi u harbu jigru;
x'ala zobbhom mill-Emir!

B'girja wahda is-sur Konti,
u bil-folla tigri wrajh,
baqa' diehel go l-Imdina
b'xabla w tarka fuq dirajh.


28.
Fil-kastell bil-ghaggla dahal,
bhall salvagg, bla kliem jew sliem.
Hataf Arbi minn gerzumtu
u staqsieh fejn hu l-hakkiem.

Dana sfar u beda jtemtem,
x'hin lil Konti ra rrabjat.
Wiegbu, "L-ahhar li hallejtu,
mar ghall-qies ghand il-hajjat."

Mela l-Konti hemmhekk sabu,
u hemm ghaqdet, l-ahwa tieghi.
Daqskemm tah fetahlu ghajnu
w xaghru gablu qisa' frieghi.

Tah bis-sieq, bir-ras u b'idu,
cinturin hareg ghalih,
u li mhux ghax zammewh shabu,
l-Emir kien se jghallaq bih.

"Issa tkellem," qallu l-Konti
"biex nifqaghlek sidrek gewwa!
Mela taqbad ma' dal-poplu
ghaliex sibthom skoss tfal sewwa!"


29.
U ta' ordni lis-suldati,
l-Emir riedu kkalzrat,
u jzommuh fuq hobz u ilma;
darba f'sena jtuh gelat.

Malta regghet serhet rasha,
festi kbar ma' kullimkien.
Tghidx kemm damu jdoqqu l-qniepen,
suffarelli u raddien.

Veru kien ferhan il-Konti,
ta' kulhadd kien benjamin.
Missu jitlaq! hawn sab l-ommu;
qatt ma' rah itir il-hin.

Ballijiet kull fil-ghaxija,
jilbes fin qisu artist,
b'xi zewg nisa jorqdu mieghu,
u ghaxr' ohra waiting list.

Ta' xejn hadha dik il-kedda!
li gie jehles lil Maltin.
Dawn ghamluh leggenda f'hajtu,
mar ahjar mill-qaddisin.


30.
Whisky hiereg minn imniehru,
zaqqu qisha bir bla qiegh;
nahseb iktar facli tlibbsu,
milli jkollok itmantnieh.

Ghall-Emir kien kultant jibghad
biex jinkieh b'xi tfajla helwa,
u kif kien jarah jinharaq
jerga' jaqflu jigri gewwa.

Ghax ir-rota kienet daret,
il-Maltin kienu minn fuq,
u lill-Arab ghamlu lsira,
min jippilla jaqbdu jtuh.

Izda z-zmien wasal ghall-Konti
biex ihalli din il-gzira.
Mar bil-pompi w cerimonji;
eluf kbar ix-xatt attira.

Qabel telaq ta' lin-nobbli,
tnejn tnejn dritti go filliera
bicca hamra w ohra bajda,
w qallhom, "b'din hitu bandiera!"


31.
Malta saret ta' Sqallija,
bdew gejjin hafna Sqallin;
izda ghal darba ingwalajna
u konna vera ferhanin.

Ghaddew qisu tletin sena.
Kienu l-elf mija w ghoxrin,
meta ghal ftit ma' rgajniex koppi.
Tghidu kif? Isimghu din.

Mela l-Arab bdew jiddejqu
f'Malta lsiera bla rispetti,
u bdew jahsbu biex iqumu,
u l-Maltin jaghmlu pulpetti.

Ftehmu lkoll li jaghmlu meeting
f'post fil-mohbi boghod mill-ghajn,
u vvintaw pjan vili w fahxi
biex jitfawna gewwa t-tajn.

Tghidx kemm ferhu u itghanqu
u kemm qrum ghamlu s-salib,
izda bhalma diga ghidna
ix-xitan m'ghandux halib.


32.
Inzertat ghaddejja wahda,
xebba zghira miz-Zejtun,
illi kif dak l-ghajjat semghet,
bix-xokk waqqet il-bastun.

U inkiss inkiss bdiet tersaq,
biex tispajja x'kien ghaddej,
u il-pjan kollu semghetu;
ommi ma, x'tahwid kien gej.

Malli tkixfet kif dawk l-Arab
kienu ser ihawwdu l-borma,
telqet tigri bhal mignuna,
u b'saqajha jmissu sormha.

Baqghet sejra bhal sajjetta
biex tigzahom lil gvernatur.
Ma' damitx ma' giet quddiemu
u kixfitlu l-pjan mistur.

Dak il-pjan kien veru bully,
kien maghmul bi skola wisq,
u li kieku irnexxielhom,
kienu jirrangawna ghal frisk.


33.
Dawn l-imgharrqa Arab ftehmu
biex gurnata qabel l-Ghid,
waqt li n-nies ikunu l-knisja,
jiehdu cans u jaghtu raid.

Ghaliex f'dik il-gimgha mqaddsa,
zgur li hadd ma' jkun armat.
In-nies tmur biex tara l-vari;
kulhadd barra aljenat.

Imma l-kelma malajr xterdet,
u l-Maltin lestew in-nassa.
Qisu xejn ma' kien ser jigri,
kulhadd kalm u frisk bhal hassa.

'Ma kif giet il-Gimgha l-Kbira,
kulhadd mar ghall-purcissjoni,
u taht hwejjgu hadd ma' nesa
jiehu naqra munizzjoni.

U kif l-Arab qabbzu fuqhom
ghaliex hasbu li gie c-cans,
il-Maltin hargu ghalihom
bil-lembuba w machine guns.


34.
U kemm tawhom u faqqawlhom 
u sparaw u hadu l-mira,
u kemm qabzu fuq sidirhom,
u addio Gimgha l-Kbira.

L-Arab tfixxklu u iggennu
sabu ruhhom minghajr hbieb.
Harbu jigru imma xorta
gew milhuqa f'Ghajn il-Klieb.

Il-Maltin tawhom lezzjoni,
illi zgur qatt ma' jinsew,
u l-ftit sahha li kien fadal
fuq dawn l-Arab kollha hlew.

Grew warajhom sa' gol-bahar,
fejn jilhqilhom u fil-fond,
L-Arab ghebu b'heffa kbira,
Now you see me, now you don't!

U s'hawn ghamlu l-Musulmani,
'l hawnhekk iktar qatt ma' gew.
Il-bandiera gharbija qbadna,
u tfajnieha gol-muzew.


35.
Il-Maltin marru ghal xogholhom,
kollox rega' ghan-normal.
Izda 'kk tahsbu li kwietajna,
tghidu xejn ghax ghandkom zball.

Ghaddew qisu hamsin sena,
u il-qaghda bdiet tehzien,
ghaliex regghu qabdu maghna
dawk ta' hdejna il-girien.

Sewwa sew dawk ta' sqallija
kienu qabdu vizzju ikrah,
ibieghuna u jixtruna,
meta jsibu x'imkien isbah.

Kien miet il-Konti Ruggieru,
anki t-tifel xjah fiz-zmien,
u peress li broke kien waqa'
qabad bieghhna bla dewmien.

U hawnhekk gheziez hbieb tieghi,
gejna f'fazi mill-aghar nett.
Kulhadd gej u sejjer f'darna,
qisha tieghu, bla rispett.


36.
U peress li mhawwda l-bicca,
nippruvaw inkunu brief.
L-ewwel wiehed kien Marmone
li ta' Cipru kien ic-Chief.

Dan kien mohhu fil-kummiedji,
tant li qalghawielu l-joker.
Darba laghab mar-re Ludwigu,
u tilifna fuq il-poker.

Dan Ludwigu t'Arangona,
maghna ma' kienx tant hazin,
izda rmiena birthday present,
lil zijuh, ir-re Martin.

Bil-kemm lahaq Martin hadna,
li zzewgitlu bintu Cilja,
u spiccajna wedding present,
ghand il-princep ta' Kastilja.

Dan kien jismu Ferdinandu,
li kien vera boqqa brodu,
u ppretenda li nahdmulu
mill fil-ghodu sa' fil-ghodu.


37.
Wara ftit malajr induna
li bin-nejk kien ser jispicca
w ghaggel tana' lil Cardona,
ghal prezz ta' tletin elf bicca.

Dan Antonio ta' Cardona,
Vici-re kien ta' Sqallija,
halef li jistmana tajjeb
u jnaqqsilna it-tbatija.

Il-Maltin ikkwietaw naqra,
imma qabzu u qalu 'hoj'
meta Antonio xeba' minna,
u ppustjana lil Monroy.

Dan kien baghal tal-prima klassi,
milli jidher darba holom,
illi l-flus li ta l-Cardona
sa minn demmna ried johodhom.

U il-garra gejja w sejra,
fl-ahhar taqa' u tinqasam.
Il-Maltin ma' felhux iktar
u bhas-soltu beda s-saram.


38.
Ghax kien ghamel taxxi horox,
kwazi n-nies qatel bil-guh,
w aktar ma' z-zmien beda jghaddi,
il-Maltin bdew jobghoduh.

Qamu kollha ghalenija,
is-suldati tghidx kemm grew,
il-Maltin hatfu lil Monroy
u minn hawn lil dan keccew.

Imbaghad hatfu l-mara tieghu,
u f'Sant Anglu qafluhielu,
u heddewh jekk jigi lura,
zgur, haqq da', li jahdmuhielu.

Imbaghad telqu lejn Sqallija,
lir-Re qalu fuq dil-hdura,
u fost hafna dagha imzewwaq
halfu li ma' jriduhx lura.

Ir-Re impressjona ruhu,
ra li kellhom elf ragun,
imbaghad wieghedhom li mill-ghada,
taht idejh Malta se tkun.


39.
Il-Maltin riedu li l-weghda,
trid titnizzel bil-miktub,
halli hadd ma' jerga jigi
kemm jekk b'sahhtu jew maghtub.

Il-kuntratt ir-Re iffirma
izda dan kien veru ngann,
ghaliex wara ghoxrin sena,
gew ta' l-Ordni ta' San Gwann.

U hawnhekk ser nifthu pagna
importanti ta' l-istorja,
ghax ma' dawn il-kavallieri
qsamna ghal snin il-ferh u glorja.

Dawn l-imbierka kavallieri,
spiccaw kienu minghajr dar.
Tghidx kemm grew u kemm ittalbu,
ghal xi haga ahjar minn ghar.

Qabel dar kellhom mill-isbah,
gewwa Rhodes, hdejn it-Turkija;
izda ma' kellhomx kwiet f'sormhom,
ma' riedux jigu minsija.


40.
U ghalhekk ghal xejn b'xejn qabdu
ma' l-imperu musulman,
u kull gifen Tork bdew jgharrqu
biex jaharqu l-Suleiman.

Suleiman ma' damx ma' nharaq,
u inharaq wahda sew.
Mieghu ha nofs it-Turkija
u ghall-Ordni jahbtu bdew.

Daru maghhom minn kull naha,
kien assedju ta' sitt xhur,
miskin kien min ilsir waqa;
ghaliex b'rasu kien idur.

Fl-ahhar l-Ordni kellha ccedi,
u fethulu il-bibien.
Dahhlu t-Torok bil-kanuni,
u t'hemm saru s-sidien.

Suleiman baghat ghall-Granmastru,
lest biex jgharrqu bhal gurdien.
Izda thassru x'hin rah riesaq,
ghajjien mejjet u hosbien.


41.
Qallu "Taf kemm jiena b'sahhti;
kieku rrid naghlek duhhan.
Izda mur, la darba sibtni,
f'good mood, happy u dahkan."

Minn hawnhekk beda l-kalvarju
ta' l-imsejken l'Isle Adam,
kemm dar swali u palazzi,
ghaxar snin ifittex dam.

Fl-ahhar ir-Re ta' Sqallija,
offra l-Malta bhala dar,
allavolja din biss blata,
bla defences u bla swar.

Il-Maltin xejn ma' ghogbithom,
jerga jkollhom intrussjoni,
l-aktar ghax dawn gabu maghhom
fama ta' pezzakustjoni.

U kulhadd kien cert, certissmu,
illi dawn il-glied jiekluh.
U li ghada jew pitghada,
fi gwerr' ohra sa' jdahhluh.


42.
Izda x'taghmel la f'dil-gzira,
taghna dan kien id-destin?
L-Ordni waslet b'hafna pompi,
tghidx kemm staghgbu il-Maltin.

Waslu b'kollox mal-mitt xini,
bl-azzarini u s-suldati,
fall-in ghamlu hdejn il-Birgu,
u bdew jaghmlu il-parati.

Meta wasal il-Granmastru,
taw it-tiri ghas-salut.
In-nies hasbu li gej l-ghadu;
kulhadd lesta biex imut.

Imbaghad daru is-suldati.
Il-Granmastru sellem dritt.
Dawn fil-pront bdew icapcpulu;
maghhom zgur kien instant hit.

Il-Maltin, dawn il-kummiedji,
bhalhom qatt ma' kienu taw.
Qalu, "Dawn bil-fors imgienen,
biex jifirhu ghax gew haw'."


43.
"U dawn is-suldati kollha!
Sa jdahhluna ghal xi ghalja;
ara x'jaqbzu qishom boloh!
Dawn jaf bihom Abraham Galea?"

Mur ghidilhom illi l-Ordni
ghal ferh kellha mitt ragun.
Ghax ahjar ikollok blata,
milli b'xejn fejn toqghod tkun.

L-Isle Adam fittex irranga
biex isahhah is-swar taghna,
ghax kien jaf li llum jew ghada
jerga jsib it-Torok maghna.

U ma' tantx dam wisq jistenna,
forsi snin ghaddew tletin;
La Vallette kien il-Granmastru
meta gew il-Misilmin.

Ghax dawn l-ostja Kavallieri
ma' tantx tghallmu il-lezzjoni,
u kull meta raw it-Torok,
ma' felhux ghat-tentazzjoni.


44.
U ergajna gejna koppi,
qisna zwiemel tas-serkin.
L-ordni bdiet tattakka t-Torok
daqt tqum ohra x'wahda din!

U t-Torok bdew jiddejqu;
baghtu hawn lis-sur Dragut.
Dan bi zball nizel fuq Ghawdex,
u gar kollox, anki l-hut.

Lanqas halla dar imgiddma,
L-Ghawdxin kollha mieghu garr.
Imbaghad tella l-qlugh u rhiela,
clikki clikki lejn id-dar.

Tghidx kemm halef il-Granmastru;
fuq il-hajt kemm ta' bir-ras,
tant li l-Isqof baqa' mbellah;
Ha jdum jidghi, ja pastas?

U baghat jigri ghall-kaptani;
xejn ma' qaghad jilghab bil-kliem,
"Aqbdu x-xwieni u morru issa,
u gibuli lil dal-flien."


45.
Izda ghalkemm ghagglu kemm felhu,
lil Dragut qatt ma' lahquh;
u ghalhekk bid-dwejjaq fuqhom,
kellhom jergghu jdawwru l-qlugh.

Imma x-xorti kienet maghhom;
x'hin id-dlam beda jingema'
ghax fil-boghod raw xi tlett xwieni,
w qalu, "dawn waqghu mis-sema!"

U bdew jaqdfu ghal Alla taghhom,
f'zewg minuti kienu qrib.
Fethu n-nar fuq dawk it-Torok;
bl-ugiegh tghidx kemm kien hemm krib.

Lil dax-xwieni ghamlu zibel,
ma' damux wisq biex cedew;
dawk ta' l-Ordni qabzu fuqhom,
u minn fuq s'isfel ficcew.

Tghidx kif baqghu qishom statwi
kif mohbija god-divan,
sabu tifel u zewg nisa!
Il-familja tas-sultan!


46.
U kemm ghola w bil-ferh beka,
il-Granmastru La Vallette,
ghax kien wahhal lil Mawmettu
zobb mill-kbar, sa gewwa nett.

M'hemmx ghalfejn noqghodu nghidu
x'xenata ghamel is-Sultan.
Halef li l-Ordni jeqridha
w ordna sena Ramadan.

"Jiena nqeghdu lil dal-liba,"
kien spiss jghid lil bintu Alda.
"Niehu mieghi mitt elf ragel!
Jien nahxih, dal-pixxikalda!"

"U did-darba ma' hemmx hniena.
Lil Granmastru ingib hafi.
Imbaghad norbtu gewwa xkora,
u nibghatu lil Gaddafi!"

(Forsi mhux ezatt hekk qallha;
jista' jkun hawwadna ftit.
Imma nsomma dak hu s-sugu;
hu x'inhu ma xtaqlux gid.)


47.
Malajr arma u pprepara,
kollox lesta f'qasir zmien,
u rehiela dritt ghal Malta;
malajr zbarka bla dewmien.

Mhux ser noqghod nirrakkonta
fuq l-istorja ta' l-assedju,
ghax ga' ktibna x'imkien iehor.
Nirrepetu muhiex pregju.

Basta nghidu haga wahda,
illi t-Torok hadu foul.
U redghuh bl-gheruq u x-xniexel;
dawwru dembhom bhal tal-qawl.

Forsi waqt li hafna jfahhru
il-kuragg tal-kavallieri,
ftit ferm huma dawk li jfahhru
lil Maltin fost l-istrangieri.

Per ezempju kellna wiehed
li jaf jghum iktar mill-hut.
Tghidx kemm gham Toni Bajjada,
minn Sant'Anglu s'Ghar id-Dud.


48.
Daqqa b'xi ordni mportanti
minn Sant'Iermu sa' Tigne.
Jew inkella biex ilesti
ghal Granmastru bela te'.

Jew b'xi ghawma rekord s'Ghawdex
qisu ziemel tat-tigrija,
billi gerger! baghtuh xorta,
jiehdux f'sormhom, sa' Sqallija.

U bhal dan kien hemm ruxxmata,
ghamlu gid lil art twelidhom.
Infahhruhom ghax fi zmienhom
zgur li baqghu idhom f'idhom.

Izda ejja nhallu barra
dal-kliem ta' pattriottizmi,
u inkomplu bhal ma' bdejna
naghtu l-fatti precisissmi.

Mela t-Torok telqu lura,
imma hawnhekk hallewlna herba;
u ha nqumu il-flus ridna
mhux min gie jaghtina merhba.


49.
U il-flus maz-zmien bdew jigu.
Il-Maltin bdew jiehdu r-ruh.
Kien hawn kwazi full employment,
ghal ftit snin hadd ma' hass guh.

La Vallette ha hsieb jibnielna
belt mill-isbah, il-Valletta;
haseb f'kollox, xejn ma' nesa,
minn San Gwann sa' Strada Stretta.

L-Ordni kienet fl-aqwa taghha;
glied mat-Torok kull mument.
Malta ntliet bil-prigunieri,
biex titmaghhom, sturdament.

Darba grat wahda tinkiteb,
illi setghet spiccat aghar,
u ghal naqra il-Granmastru
ma' harigtx ta' cuc mill-kbar.

Mela darba l-kavallieri
qabdu lsir lil Mustafa'.
Dan ma' kien hadd hlief ta' Rodi,
il-gran Alla u Pasha'.


50.
Tghidx kemm ferhu go dil-gzira,
u kemm dagha dak is-sultan.
Tant li Franza ndahhlet tigri
biex tikkalma l-Suleiman.

Talbu hafna lil Granmastru
biex jehilsu lil ilsir.
U l-Granmastru fl-ahhar ceda;
kontra qalbu, m'hemmx xi jsir.

Izda dak ried jibqa' Malta;
qal li gharaf lil Feddej.
U ghammduh u sar nisrani;
kien jilhaqlu ja haxxej.

Biex izid mas-sikurezza,
mar u zzewweg nisranija,
u minn taht kien jikkonfoffa
mas-Sultan gewwa t-Turkija.

Il-pjan kien maghmul bil-ghaqal
biex hawnhekk jorbhuh bil-kbir
waqt il-festi ta' l-Imnarja
kellhom jidhlu l-Port il-Kbir.


51.
U fil-waqt li l-flotta Torka
tkun tispara fuq is-swar,
kellhom jirvellaw l-ilsira
u jaharqu n-nies u d-djar.

Izda Alla lanqas hamel
jara dan il-poxterizmu.
Darba lsir kien siker sakra
u tah qisu esterizmu.

Beda jpacpac qisu mara
u il-pjan gie dlonk mikxuf.
Il-Maltin gzawh lil-Granmastru,
li bir-rabja qatta' s-suf.

U l-ilsira gew mixhuta
go habs kiesah, mhux f'lukanda.
L-flotta Torka giet bil-mohbi,
u malajr telqet bil-banda.

Il-Maltin ghal Pasha' daru
offendewh u ghajjruh b'ismu,
u li kieku gie f'idejhom
ma' rridx inkun sufa f'gismu.


52.
Il-Pasha' spicca f'Sant' Iermu,
u il-qiegha ikkwietat.
Maz-zmien kollox bhal intesa
kulhadd rega aljenat.

Ghaddew qisu xi mitt sena,
Pintu kien il-kap tal-gvern.
F'Malta saret bidla kbira,
ghax minn genna sirna nfern.

Dan ghaliex it-Torok raqdu,
saru dghajfa u mghaxxin.
L-Ordni giet ma' kelliex x'taghmel
u qabdet maghna il-Maltin.

Il-Granmastru jghix fil-vilel,
is-suldati jibnu taghhom.
U l-Maltin jahdmu bhal bawla
qishom il-kurnuti taghhom.

Biex tghaxxaqha dana Pintu,
xi skurfina kellu nieqsa,
ghax kien hareg ghoxrin ligi
meta l-kacca kienet riesqa.


53.
Hadd ma' kellu dritt jispara
kemm fuq ajkla jew pespus;
jekk tinqabad toqtol gawwi,
tehel kemxa sewwa flus.

Hadd ma' jaf ezatt x'kien f'mohhu;
hu ma' kienx xi dilettant.
'Ma f'ghajnejn il-kaccaturi
sar gakbin, poxt u brigant.

Dan mhu xejn hdejn it-torturi
illi ta' lil poplu taghna;
kompla jkasbar u jakkishom
bhal demonji kien jarana.

U il-poplu beda jixba.
Qalu "l-dan nqeghduh ghal-frisk.
Mela jgawdi minn fuq darna!
Dan min hu? t-tifel tac-Cisk?"

U kif rajna ga', mal-Malti
ghall-kumplotti ma' tilghabx.
U jekk jahrab minn kull haga,
mil-konfoffi ma' jahrabx.


54.
U kemm hasbu u qallbu mohhhom
biex isibu pjan perfett,
halli jwaddbu l-Kavallieri
mill-quccata s'isfel nett.

Tabib ghamlu bhala chairman,
ghal pariri lil Terinu,
u ha jbierek dil-konfoffa
gabu l-Father Mannarinu.

Dun Gejtanu mannarinu
ried jurihom kemm hu bravu.
Pjanijiet tahom brillantissmi
u miskin hareg ta' vavu.

Il-ftehim kien sar fuq tlieta,
illi jidhlu fl-istess hin
go San Gakbu u Sant' Iermu
u l-bieb jifthu lil Maltin.

Kieku dahlu gol-fortizzi!
Rezistenza ma' giet qatt;
izda meta l-bibien fethu,
mill-Maltin ma' raw lil hadd.


55.
U spiccaw erbat izriemeg
jiddefendu dawk is-swar.
Pintu nduna lu dik kienet
xi qassata minn dawk kbar.

Baghat malajr it-truppi tieghu
halli s-swar jibbumbardjaw;
u f'nofs siegha kienu taghhom,
ma' hlewx zmien jargumentaw.

Hekk spiccat qabel ma' mibtet,
il-buzzieqa illi nfahhna;
ir-ringleaders gew imghallqa,
w l-Ordni baqghu hawn fuq zaqqna.

Imma z-zmien kien qieghed joqrob,
halli l-Ordni terfa' l-ankri.
Napuljun kien 'l hawn ihares
ghal dil-gzira kien ferm hungry.

Hompesch kien lahaq Granmastru,
veru gew darhom mal-hajt,
biex itellghu lil dal-bniedem
ghaliex veru kien bla bajd.


56.
Ghalkemm jaf li gewwa Malta
kellna s-swar sodi w gholjin;
malli ra lil Bonaparti
taghtu rasu x'wahdadin.

Napuljun gab skuza tajba
halli jidhol gewwa l-port.
Qallu, "ghandna bzonn ftit ilma,
ghax spiccalna fuq abbort."

Hompesch iktar kompla ggennen,
ghax kien cert, mhux bejn haltejn,
illi jekk dawk f'Malta jirfsu
biex tohroghom tkun trid crane.

U ghalhekk risposta bghatlu
minghalih makakka w fina.
Qallu, "Xbin, kif nista' ntikhom,
meta lanqas hawn ghalina?"

Tistghu tahsbu kif infaqa'
Napuljun u l-konsli tieghu.
"Dan min hu biex xbin jghajjatli.
Mela kilt il-kirxa mieghu?"


57.
Kompla jsabbat u iwerzaq,
sakemm jghajjat kien ghajjien.
Imbaghad qal, "ma' jtuniex ilma?
Mela nidhol niehu jien!"

W ballec! hekk qabad u ghamel.
Zbarka t-truppi fuq l-art taghna;
jiehdu f'sormu mank indenja
jghid x'gab mieghu lil tad-dwana.

Baqa' ghaddej qisu bulldozer,
linja dritta, dritta ghall-Belt.
Imbaghad ordna l' tat-trumbetta
halli jdoqqlu innu zvelt.

U bil-microphone ma' halqu
Napuljun qal lil Beltin
biex iqumu kontra l-Ordni
jew jitqiesu mal-mejtin.

Weghedhom kundizzjonijiet mill-aqwa,
jekk lill-Ordni jaqilbuha,
u imorru n-naha tieghu
biex flimkien bil-ponn jaghtuha.


58.
Hompesch ra li l-Malta tilef.
Cans isalva ma' kellux;
ghalhekk baghat ghal kummissarji
li sabuh isfar lellux.

Flimkien marru ghand Napoleon.
Talbuh ma' jkunx iebes wisq;
dan bid-dahka ha lil Malta,
w ghal futur xtaqilhom risq.

Napuljun ghal palazz gibed,
l-anqas waqaf jiehu te'.
Kellu x'jaghmel qabel jitlaq
ghal Lixandra fit-Tre Re'.

U l-Maltin tistghu tistaqsu,
x'hasbu fuq dal-madmad gdid?
Il-Maltin kemm kemm taw kasu,
kienu draw go dat-tahwid.

"Hallieh halli pjacir jiehu,
halli jzid il-konfuzzjoni;
hekk kif idejqilna zobbna,
terga tqum rivoluzzjoni.


59.
Napuljun malajr uriena
kemm hu bniedem antipatku,
u li kien ghal poplu Malti,
malajr kien idewqu l-vjatku.

It-Tnejn hareg editt qawwi,
tas-sinjuri sab il-marda.
Kellhom jinzghu ir-rikkezzi
u minflok jilbsu l-kukkarda.

Ghal tal-knisja haseb l-ghada
u zarmhom mid-dehebijiet.
L-Erbgha haseb fil-palazzi;
kollox garr, sal-lokijiet.

Il-Hamis ziedilna t-taxxi,
staqsewh "l-ghala?", "hekk irrid!"
Il-gimgha nehha n-nofs ta' nhari,
u s- Sibt raqad u strah ftit.

Il-Hadd telaq lejn Lixandra
ibqa' cert hadd ma' mmissjah;
in-nies baqghet bhal storduta,
hadd ma' ried jerga jarah.


60.
Warajh lil Vobois hallielna,
hadd ma' hadha bi pjacir;
kulhadd beda jikkonfoffa
biex jarah malajr itir.

Igma llum u igma ghada,
ma' damitx ma' l-qiegha sahnet;
Kull ma' riedu nofs ta' gamra
u l-fernezija l-kulhadd hakmet.

Mela griet ma' Malta kollha
xnieha illi gewwa r-Rabat,
Mason kien tela' mat-truppi,
u mal-bieb tal-knisja qabad.

Dan Mason, ghal min jistaqsi,
kien kmandant daqsxejn supperv,
kollu pozi u mutetti,
veru haqqu xebgha nerv.

Folla kbira fis ingabret,
daret qaqa mal-Francizi;
hadd ma' setgha inizilha,
kulhadd beda jghidlu zizi!


61.
Mason tefa' sidru l-barra
u mil-but hareg editt;
"Hija l-ordni tal-gvern taghna
li naqralkom dad-digriet."

"Gejna hawnhekk halli nbieghu
it-tapiti ta' dal-post,
u il-flus lil fqar se naghtu,
halli ntuhom miljun gost."

Il-Maltin zgur hadd ma' emmnu,
"Isa hej! daqs kemm fih hobz!"
Resqu lejh xi tnejn imhawda
u kwazi caqilquh minn nofs.

Qallu wiehed, "isma hija,
ahna ma' nindahlulekx.
Imma gieli ltqajt ma' martek,
u miskina m'gharfitekx?!"

"Mhux ahjar titlaq fuq sieqek,
milli tmur maqtugh mill-art?
ghax jekk nghidlek x'se naghmlulek,
ostja mbierka thoss il-bard!"


62.
"Issa aghzel! jew tmur lura,
jew inkahhlek ma' dal-hajt;"
dar lejn siehbu, "sewwa ghidtlu?"
qabez l-iehor, "fucking right!"

Mason taghna, qatt ma' basar,
li ha jisma' bhal dal-kliem,
wiccu sfar u widnejh xeghlet
u ghamel pass kbir il-quddiem.

"Hekk tkellimni, vojt u vili!"
kwazi ntilef minn sensieh.
"Hawn xi bully jgholli idu,
halli naghmel tlett shows bih?"

Forsi kienet holma kerha,
Mason bezgha bhal tarbija.
Ghax bilkemm spicca jitkellem,
elf id telghet ghalenija.

Rega' tharrek dak ta' l-ewwel,
resaq lejh, tkellem bil-hlewwa.
Qallu, "qed tarha dil-gallerija?
Kemm hi gholja? ghidli sewwa."


63.
Mason l-gharaq beda jxoqqlu,
l-iehor hatfu minn spallejh;
siehbu qabdu mit-tarf l-iehor
l-anqas seta' jhoss idejh.

Telghu bih fil-gallerija,
u olzawh bhal xkora zibel;
"ciao," qalulu, "nice to know you,"
u tefghuh minn fuq ghal isfel.

Dan kien is-sinjal tal-gwerra.
Irvellaw a' la Maltin,
daru fuq dawk il-Francizi
u hallewhom ghall-mejtin.

L-alarm ha ma' Malta kollha,
il-Francizi irtiraw.
Dahhlu kollha l-Belt Valletta,
u d-defences infurzaw.

Beda allura assedju iehor,
dam jittawwal ghal sentejn.
Mhux ser nghidu x'gara kollox,
ghax indumu gimghatejn.


64.
Il-Maltin hassewhom strambi.
Skantaw, "dawn purcinellati!
Kos u meta gew it-Torok
konna ahna l-assedjati!"

Issa dawk qeghdin hemm gewwa;
mur ohroghom, haqq Luteru.
Ghax hemm gew ghandhom minn kollox.
Jistghu jaqbdu jaghmlu imperu."

Ragun kellhom mitt elf darba.
Ix-xhur bdew jaharbu sew,
il-Maltin jattakkaw barra,
u l-ohrajn kalmi jistennew.

Issa m'ghandkomx ghalfejn tistaghgbu
la tisimghu b'dan li gej;
il-Maltin ghal mitt elf darba
bdew jiltaqghu tard bil-lejl!

Twenty questions halli taqtghu
x'sabu bhala soluzzjoni.
Kif tiskanta u titnixxef!
Waqghu ghal rivoluzzjoni!


65.
U bhas-soltu, qabel tibda,
kulhadd kien sod u deciz;
u biex zgur il-pjan jirnexxi,
jikmandhom gabu qassis!

Kulhadd jaf b'Dun Mikiel Xerri.
Kellu vuci ferm qawwija.
Imma meta semma lehnu,
m'uzax hniena nisranija.

Qallhom, "Hbieb, xejn taqtghu qalbkom,
xejn la tibzghu milli gej;
Vobois qisu skantinpace;
paxu w huwa jaghmlu tnej' !"

"Nifthu l-bieb tal-Belt Valletta
u indahhlu lil Maltin.
Ara issa hadd ma' jpacpac!
Ma' rridux min hu gakbin."

Qabez iehor pront jitmashan,
"dan il-pjan jirnexxi zgur.
U jekk hawn xi hadd jizgarra,
nahlef jien li b'rasu jdur."

66.
Nifthu l-bieb halli ta' barra
jidhlu jigru bhal bufura;
u Vobois, jekk jiftah halqu,
naghtih daqqa gon-natura!"

Kulhadd halef b'qalbu kollha;
kellhom rieda ta' l-azzar.
Ftehmu wkoll fuq id-dettalji,
u marru lura lejn id-dar.

Il-pjan kien mahsub ghal l-ghada,
jaghtu s-salt kmieni fil-ghodu.
Imma xbin, ergajna koppi,
ghaliex veru kien pjan brodu.

Hadd ma' jaf x'kien gara sewwa;
milli jidher dawk insew
javzaw lill-Maltin ta' barra
b'rizultat li qatt ma' gew.

Il-Francizi tghidx kemm staghgbu,
x'him jitbexxaq raw il-bieb.
U iktar staghgbu meta barra,
il-hadd ma' raw, lanqas il-klieb.


67.
Indunaw li din xi haxja;
il-bieb sakkru u llukkjaw.
Imbaghad daru fuq ta' gewwa,
hadu l-mira u sparaw.

U kemm daghaw dawk li inqabbdu,
ibda minn Dun Mikiel Xerri.
"Jekk xi hadd kixifna noqtlu,
min hu fostna, dan l-imherri?"

Izda ghalxejn ha dit-tbaqbiqa,
u bir-rabja kisser tazza,
ghax miskin xorta sparawlu
hemm ma' shabu f'nofs il-pjazza.

Wara din it-tracedja,
kollox rega ghalli kien.
U ghalkemm sparaw kemm felhu,
il-Maltin ma' waslu mkien.

B'xorta tajba wasal Nelson;
kellu l-isbah bastiment.
Qallhom, "jekk triduni ninzel,
lest naghtikom helping hand."


68.
Kien hemm min kien mohhu floku,
u li jinzel ma' ridux.
Ghaliex jaf li bhal ta' qablu,
la jsib l-art ma' tohorgux.

Imma dik hi l-ahwa tieghi
l-injuranza tal-Maltin!
Ghalxejn daqu kull martirju,
bellahhielhom, ja xadin.

U illandja u tghidx kemm spara,
halli jkisser dan l-Assedju.
Izda sentejn kellhom jghaddu,
qabel taghhom sab ir-rimedju.

Ghax kemm tiflah tisma' bombi,
u hobz tiekol li jkun qras;
kienet darba fost il-gimgha,
Vobois qam b'ugiegh ta' ras.

Iddecieda illi jzarma,
u ma' Ball irranga l-patti.
Il-Francizi dabbru rashom,
la n-nies xebghet tikkumbatti.


69.
W il-Francizi veru telqu.
Gol-Belt dahal Captain Ball.
Qal se jiehu passiggata,
imbaghad jitlaq huwa wkoll.

Kristu t'Alla, bit-tul hadha,
dik iz-zobb ta' passiggata,
ghax sakemm hrigna lil shabu,
ma' hadniex mill-lum ghal l-ghada!

U ghad-disgha t'elef darba,
rega giena Kaptan gdid.
Haqq ghall-kleru, jtik li tkisser
u li tgerrem il-hadid.

Kien hemm min ipprova jghallem,
bhalma kien Manwel Dimech.
Imma dan miskin kien wahdu
u hadulu l-qmis u l-glekk.

Kien hemm min, bhal dak Vassalli,
illi hadem ghal pajjizu,
imma kien fid-desert lehen,
jaghzaq fl-ilma, miskin qisu.


70.
Imma xorta sabu sehemhom,
fl-ahhar telqu bil-kaptan.
U 'l hawnhekk ma' jigux izjed;
mela zobb, sur Kappillan.

Izda ahjar ma' nkomplux aktar,
ma'rridux nidhlu f'polemki,
ghax malajr ituk it-timbru
jekk issib xi zewg busbetki.

Tajna harsa ferm qasira.
Ghidna l-fatti bl-onesta'.
Nahilfuh fuq l-ghaziz' ommna,
kullma ktibna verita'.

Jista' jkun li xi zball hadna,
jew li forsi zlaqna ftit.
Izda m'ghamilniehx apposta.
Mhux tort taghna, ta' l-imbid.


------------------------

E-mail to: Rita Falzon

------------------------

Return to Main Page