KOLLOX IDUR


Minn

RITA FALZON




Hlomt li.. d-dinja qieghda ddur li Malta qieghda ddur li l-bahar qieghed idur u li jiena qieghda ndur f'din il-fernezija kollha. Il-kamra tieghi qieghda ddur kollox idur f'rasi. Ix-xemx u l-qamar qieghdin iduru Kulhadd qieghed idur Kulhadd qieghed jiggennen. Qatt ma' nistghu nieqfu Dejjem induru, Kollox idur... Hrigt minn did-dinja tlajt fuq il-qamar. Xi ddur u taghdaq id-dinja. Hadd ma' jista' jlahhaq maghha In-nies qed jigru biex ilahhqu maghha. X'genn! Jiena biss qieghda fuq il-qamar. Wahdi.. flimkien mal-qamar, flimkien mal-hsibijiet tieghi, li dejjem iduru, dejjem jitbiddlu. Ara x-xemx x'tidhaq bihom Ha ha ha, qishom boloh. Anke l-qamar qed jidhaq. U anke jiena qieghda nidhaq. U bid-dahq qieghed idur il-qamar, qieghed idur u jaghqad. Issa ma' nistax inlahhaq mieghu. Fl-ahhar jerga jigi l-istess hsieb, ghax rega dar dawra. Ix-xemx ghadha tfaqqa d-dahq u qed iddahhaq lili, u jekk tibda ddur hi, Kollox ikun idur...

-----------------------

E-mail: Rita Falzon
----------------------

Return to Main Page