POEZIJI

Minn

Martin Debattista
(gurnalista Malti)

Dawn il-poeziji ktibhom xi snin ilhu u qatt ma gew pubblikati qabel.  Fid-dawl tal-katastrofi umana li qed narawha ssehh quddiemna u qrib taghna fil-Balkani, hassejt li kien wasal il-waqt li nuri n-niket u t-thassib tieghi permezz ta' erbat ivrus li kont ktibt f'cirkostanzi simili.

April 1999

e-Mail:   martinde@pr2000.com
 
___________________________________________
 

       MEWT TA' EROJ
 

        Mewt ta' eroj
        Mewt ta' bezziegh
        Mewt bla unur
        Mewt bla giegh

        Azzarin f'idu
        jispara lejn huh
        lejn il-garr
        u ta' qlubitu midalja jaghtuh

        Mibeghda mizrugha
        f'qalb ghammiela
        b'demel l-egoizmu
        go zghazagh qattiela

        L-iltim hareg fit-toroq
        imxennaq ghal loqma hobz
        ghal kenn ta' dirghajn ommu
        ghal familja li thoss
        ghalih

        Demgha qabzitlu
        meta wahdu got-triq
        ghajjat ghal ommu
        u dlonk zdied l-ilfieq

        Mewt dinjituza
        mewt ghal art twelidu
        inqatel is-suldat
        ghax hekk baqghu iridu

        U t-tifel baqa' ltim
        ghax hekk baqghu iridu
        u l-omm bkiet lil binha mejjet
        ghax hekk baqghu iridu
        U t-tfajla sfat stuprata
        ghax hekk baqghu iridu

        Min ? Bnedmin bhali

        7/5/93
        1:14 a.m.
 

        P.S. Din tirreferi ghall-qaghda fl-ex Jugoslavja

        =========================== ====
 

       BEZGHAN
 
        Bezghan ksaht fis-sodda
        saqajja tqal, nifsi maqtugh
        ghad-dehra spettakolari
        jien bqajt miblugh

        X'jum sabih kien hareg
        ix-xemx tiddi shuna
        fuq it-trunciera u l-katavri
        suldati mejtin, mhux midfuna

        Il-hemda qatghet fuqna
        tad-dar rikordji sbieh
        jixirfu minn got-trinceja
        malajr jehodhom ir-rih

        Il-blast tal-bombi
        nar niezel mis-sema
        fis-sahna tal-mument
        suffara tat l-ordni
        "kulhadd fuq nett"

        It-tiri ta' l-azzarini
        kannunati jtajru l-qirda
        sakemm jaqa' ma l-art
        is-suldat, frott il-firda

        Imbiccer f'nofs hofra
        hajtu fit-tmiem
        jerga' jiftakar f'daru
        f'martu, uliedu, dak li kien

        U li hadielu dak li sparalu
        qatlu u nehhieh
        ghax fih ra il-ghadu
        qerda hejja ghalih

        Ghaliex dmiru kien li jissielet
        ghal pajjizu patrijott
        bhal hafna azzarin qabad
        ghall-gwerra telaq, imqar holmtu jhott

        Sakemm, rajt tfajla sabiha
        mqaccta ghas-shana ta' l-istess xemx
        imxarrba bl-ilma bahar
        b'tazza Diet Coke f'idha, fejn qirda mhemmx

        Malajr insejt il-harsa
        tas-suldat mimli dmija
        u bhalu mijiet ohra
        meqruda, mejtin, minsija

        GHax it-tfajla kienet helwa
        u l-mewt ma missejthiex
        u lanqas biss zaritni
        allura ma nafiex.

        18/5/93
        10:00 p.m.
 

        P.S.  Ix-xena hija ta' l-Ewwel Gwerra  Dinjija, it-tfajla kienet f'riklam
        tad-Diet  Coke, kollox fuq it-televizjoni
 
 

        ======= =======

 
       WAQT IL-FILM "THE KILLING FIELDS"
 

        Min jitboq fommu jibqa' haj
        tfal bil-machine guns f'idejhom
        jikkmandaw u jiddeciedu
        l-hajja ta' bnedmin
        ghax huma safja f'mohhom
        u diga' f'qalbhom kefrin

        Demgha ghaggelija
        haffet tul haddejja
        ghad-dehra ta' l-iskeletri
        bnedmin maqtula bil-hsieb
        reali, spettru nhosshom hdejja

        Kefrija bla qies
        viva r-rivoluzzjoni
        li qalbet kollox ta' taht fuq
        izda halliet biss herba
        mewt bla qies, imrar kellu jduq
        Ganni Peppi Toni
        jew ahjar Sing Don Dit ecc
        u ismijiet li ma nafx
        li ghebu fis-sikta
        x'imkien il-boghod
        ghax l-ghajta ta' wegghathom
        ma nstemghatx

        U l-politici mhassba
        biex izommu biss is-siggu
        shun shun tal-poter
        wicchom u sormhom l-istess
        loghbiet politici ta' setgha u hakma
        b'bicciet tac-cess
        tad-demm u l-laham

        U l-qaddisin ma jezistux
        fuq did-dinja bla qalb
        forsi mhux dawk tar-raggiera
        jew tad-devozzjoni bit-talb
        imma bniedem tat-triq
        li marad bil-marda tal-mahfra
        u minnha qatt ma fieq

        Fl-ahhar intemm kollox
        b'wicc il-gid
        u mad-diska "Imagine"
        demghat jigru nizlu ferhanin
        dehru l-credits tal-film
        l-istampa ghebet

        u gie riklam tas-sapun, iehor tal-karozzi,
        il-films ta' l-ghada . . .

        Tfejt it-televizjoni
        izda x-xeni tal-film ma ridux imorru
        u qattghu il-lejl mieghi
 

        6/5/93 
        1:30 a.m.
 
 
 

MARTIN DEBATTISTA

freelance Information Technology journalist
member of the Internet Society (ISOC)
tel: +356 (0)97 6976 (Malta)
ICQ: 8133274
other e-mail: martinde@million1.com

read my writings at
http://www.keyworld.net/kullhadd (Internet Section of KullHadd)
http://www.bms.com.mt/pcworld (PCWorld Malta)