Return to Main PageLill-Qarrej Hafna, meta jisimghu I-kelma poezija, minghajr ma jridu jiftakru fi studju bl-amment u forsi xi kastig - Hija hasra, ghaliex il-poezija hija arti sabiha u sublimi. Hawn wisq idejat zbaljati rigward il-poezija. Ir-rima biss ma taghmilx poezija izda taqbila. II-poezija hija mhux biss arti, izda forsi I-izjed arti profonda. Hija maghmula minn hsibijiet, esperjenzi (sbieh jew koroh), metafori, ritmi u stili differenti. Poeti fl-Afrika, fl-Ewropa, fic-Gina ecc. ghalkemm forsi jiktbu xi ftit differenti ghaliex I-esperjenza ta hajjithom hi differenti, il-lingwa tal-poezija, hija I-istess. Ideja zbaljata ohra ta hafna nies hija meta jahsbu li hi xi forma ta passatemp. Mill-esperjenza tieghi personali nista nghid li zgur mhix hekk! Li trid tikteb dak li thoss, fuq karta (tkun xi tkun), u tkun fejn tkun, per ezempju f'nofs ta lejl, fis-skiet ta kamartek, jew fuq karozza tat-linja, jew waqt xi passiggata fil-kampanja, zgur mhix xi passatemp. II-poeta jista jispira ruhu minn hafna affarijiet mhux tas-soltu, izda li ghal basta nies forsi jibqghu ghaddejja, bhal xi ghasfur mejjet, xi mewta tragika, suldat maqtul u abbandunat, filmat ta xi armla tibki fuq il-qabar ta' binha mejjet, xi insett fuq il-petali ta' xi fjura fir-rebbiegha u fuq kollox xi bicca muzika sabiha, ghaliex il-muzika u I-poezija jmorru id f'id. Kif gal tajjeb il-kittieb famuz Franciz Victor Hugo, il-poezija hija muzika tar-ruh. Bhall gisem uman, il-poezija ghandha gisem u rub. Ma jistghux jezistu minghajr xulxin. It-frag edija tal-poeta (u ta kull artist genwin iehor) tibqa il hafna drabi n-nies lanqas biss jifhmuh ahseb u ara kemm japprezawh. J'alla dawn I-erba' kelmiet jiswew biex wiehed jitghallem ihobb il-poezija daqskemm ihobbha kull poeta!
--------------------------------------------------------------------GEZZEMANI SOLITARJU
Min damdam lil Kristu damdam lili ukoll. Kull lejla nghodd il-pjagi ta' ruhi wahda, wahda. Nsoff it-tifkira ta' mumenti mdemma.MISTERU
Forsi xi darba nifhem ghax il-hajja ma tiswiex u biex nifhem nipprova nhaddem il-kelma bla m anaf ghaliex.TIEHUX GHALIK MULEJ
Tiehux ghalik Mulej jekk nghidlek: li ghal hafna nies Int gejt ghalxej'!GHAJNEJJA PELLEGRINI
Ghajnejja pellegrini jfittxu t-triqat tlikki, tlikki jimxu bil-bsaten tx-xewqat.WESGHAT BLA TARF
Fil-waqt li kant qieghed nixtarr il-wesghat, t-orizzont bla tarf ta I-univers, ilmaht idejk fl-ibhra, xmajjar u nixxighat, fil-hoss ta I-ilma gieri, fl-ghana ta l-aghsafar, ilmaht sebghek, fit-tfassil ta bniedem gdid, fis-skiet ta guf ommu, ilmaht lil wiccek ghaziz f'hija, f'ohti, u f'dan kollu rajt rif less fil-mera tal-holm hajjet il-bniedem mimtija bahh, mhux fis-skiet, izda fl-istorbju ta' madwari, ta' hajja mghaggla li thallik bla nifs, u minkejja dan koltu, hassejt dawk idejk qatt ghajjiena, jerfghuni u bsahhet il-muza, iserrhuni, fil-waqt li nittajjar, qalb I-eghmejjel ta idejk, wesghat bla tarf.MILONGA
Ridt nibki u ma flahtx. Ridt nikteb u ma stajtx. Forsi kont mehdi wisq nizfen iz-zifna kiebja ta' hajti mghannaq mas-salib. Izda issa ma rridx nizfinha izjed din iz-zifna. Irrid biss nxerred vrus qalbi. Inxerred biss dmugh ghajnejja.
II-Milonga hija zifna taI-Argentina.Hija zifna partikolari, agonizzanti, bil-mod,u sabiha fejn idOiq kollettivjinhass fkull moviment tadin iz-zifna nazzjonali.HOFOR
(B'dedika lill-medjokriti Maltija) Mhux fil-bwiet jew fil-hamrija rajt il-hofor, izda f'mohh Malta Maltija.F'MISRAH QAWSALLA
F'Misrah Qawsalla qed jaghmlu festa: daqqa jidghu b'dak u daqqa jidghu b'Alla.ANGLU KUSTODJU
Spirtu kustodju meta tara l-genn farsesk tal-bniedem tghid tkun qed tidhak jew tibki?IL-KWIEKEB DONNHOM QED IHARSU LEJNA...
Ara I-kwiekeb donnhom qed iharsu lejna... u dan I-univers sieket ghandu tifsira li ma nafuhiex.DEZOLAZZJONI
Ruhi dezert dezolat, fejn il- jien jinsab minsi fih innifsu jiekol dejjem il-mistoqsija, jobzoq dejjem it-twegiba li tirbombja wahidha qalb id- dezolazzjoni.L-ORAKLU TA' HAJTI
Fittixt u skoprejt, fis- subkonxju ta' mohhi, fl- univers ta' go qalbi, I- oraklu ta' hajti, mohbi, jtektek bla sabar, min- nieqa sal-qabar.ILBIERAH
Ilbierah tkarrabt talba hanina taht l-ilsien. Qalbi ghada tikwi hamra bin-nirien.SUWICIDJU BIL-MOD
(Lil M. G.) Il-hin kollu, bix-xoghol tarani ghaddej: Staqsejtni "Dan kollu ghalfej?" Qalbi tirt ghod meta niftakar li suwicidju qed naghmel bil-mod.RUHI FJAMMA TAN-NAR
(Lil M. G.) Ruhi fjamma hamra nar li tikwi li tqabbad li tahraq bil-lejl u bin-nhar.KULJUM NOHOLMU HOLMA...
Kuljum noholmu holma b'xewqat u mitt vizjoni sakemm f'Misrah ir- realta' tisfuma l-illuzjoni. Chi son? Chi Son? Son un poeta. Che cosa faccio? Scrivo. E come vivo? Vivo.In poverta' mia lieta scialo da gran signore rimi ed inni d'amore... La Boheme PucciniPARADOSS
Hajti grajja miktuba fis-shab. Gismi storja mitlufa fit-trab.NOMADU
Jien nomadu solitarju li naqsam dezert jikwi, nisma I-eku ta hsibijieti mibdul f'poezija.HAWN IDEAL...
Hawn ideal li ghad jintrebah, bir-rieda, bil-haqq, hemm sinfonija li ghad tinstama', maz-ziffa helwa tal-ghodwa, hemm poezija li ghad tinkiteb, bil-gharaq tad-demm, hemm blanzun li ghad jinfetah, ha jnessi d-dwejjaq u I-hemm.F'JUM ID-DULURI
llmahtek iggorr lil ibnek, imbikkem maghfus mid-dwejjaq, Jitlob bil-hniena, biex mill-marda qerrieda jigi mfejjaq, Ilmahtek tibki siekta, lid-dinja mifnija fil-hemm, Lil ulied bla htija jitqatlu bla razan, go xmara ta demm, Ilmaht lil wiccek imbikki u mnikket, fil-wicc ta kull omm imbikki u msikket. (N.B.Din il-poezija rebhet it-Tieni Premju fil-Konkors ta' Poeziji Marjani fl-Gharry, fl-1991.)WARDA GHAL KULL REBBIEGHA
Demain, dans le vallon, viendra le voyageur, se souvenant de ma gloire première... Werther Massenet Hemm karba li qatt ma nstemghet, Hemm talba li qatt ma nzerghet, Hemm gisem jitmermer go qabar, Hemm rub tistenna is-sabar, Hemm univers sieket ixerred is-sliem, Hemm warda ghal kull Rebbiegha, Biex tfewwah u twarrad kull zmien.F'NOFS GEZZEMANI NIEXEF QOXQOX...
To die is hard, to live is harder still. Vincent Van Gogh. Id-dmugh izzelleg sieket fuq haddejn it-tfajjel imgewwah fnofs Gezzemani niexef qoxqox u t-tfajjel ipprova jixrob mill-kalci ta I-imrar landa taz-zingu u sabu diga vojt. U I-qtar tad-dmugh ma sarlux demm ghax fahaq iffriza qabel waga ma l-art. U d-dinja ta madwaru misthija, misthija baqghet tohlom fl-apatija.F'NOFS L-ILJIELI TA' HAJTI
F'nofs I-iljieli ta hajti minn jum ghat iehor minn sena ghat ohra mxejt minn fuq il-pont invizibbli ta' tnax-il pass fuq vjagg ta' bla ritorn. Meta I-Mewt m'ghandiex staguni Inutli fil-hajja tfittex ir-raguni, meta l-mewt m'ghandiex staguni.SALOME
U bint id-dnub zifnet iz-zifna taz-zina fi jieghfet lil Erodi jwieghed imqar nofs is-sattna tieghu mrna hi ma talbet xejn hlief ras il-Battista. U Salome ghadha tizfen iz-zifna taz-zina u ggieghel liz-zghazagh tal-lum iwieghdu mqar nofs is-saltna ta ruhhom imma hi ma titlob xejn hlief ras irgulithom.HABIB LI MA TARAX
Habib ti ma tarax, tghirx ghal min jara ghax allahares kellek tara li jkolli nara jien. Habib li ma tismax, tghirx ghal min jisma ghax allahares kellek tisma li nisma jien. Habib, xi drabi nixtieq li kont bhal dik I-istatwa tax-xadina li la tara, la tisma u lanqas titkellem.KIEKU...
Kieku kull bieb jinghalaq ghalija Kieku tintemm din qalbi mifnija Kieku ghajnejja jinxfu minn kull demgha Kieku widnejja jisktu meta jkarwad is-sema Kieku jintemmu dawn id-dwejjaq u mill-ghajn tal-hajja ma jkollix izjed ghalfejn nitrejjaq.EJJA, SA MUZA
Ejja, ejja, ja Muza, rikkibni fuq gwenhajk, hudni I boghod minn hawn u tajjarni I fuq qalb il-kampanja Maltija mimlija bil-hdura sabiha xitwija, qalb I-ilma gieri; hudni, ja Muza, qalb in-natura safja fejn germ il-bniedem ghad ma rifisx. Here, where men sit and hear each other groan... (ODE TO A NIGHTINGALE John Keats)FL-ISPTAR Meta tidhol hawn fittex is-salib biss. U meta I-kelma tindifen fruhek ohrog inkiss, inkiss. Bejn Holm u Realta'. Bejn Holm u Realta', hemm bahar jaqsam t'Eternita'.