POEZIJA
********JOHN AQUILINA
Ghad nidra nimxi wahdiGhad nidra fi triqati nimxi wahdi, u ma nfittixx lanqas il-kuntentizza. Xhin ma jarani hadd, narmi htijieti go sqaq li baqa' vojt, nghattihom b'bikja. U int ma tkun taf b'xejn. Terga' tixxabbat mas-swar tal-belt antika, u tiftakar tistad darb'ohra f'qalbi ghall-memorji, thabbatli mal-bibien u ssib fuq l-ghatba il-mistoqsija tieghi tghidlek tidhol. Imbaghad tifhimni f'kollox u tfittixni fid-dlam tal-katidralli b'lampier f'idek, bhal ruh li minghajr fidi, tibqa' temmen. Ma taghrafnix, ghaliex inkun drajt nimxi fil-belt li m'ghadhiex tieghi, wahdi, wahdi. _________________________________________________________________________ Xita Il-bini tal-belt, gholi, jiggranfa s-sema, l-ghajnejn ta' l-ucuh muti cassi wara hgiega, ma jafux. Fuq il-bajja, ir-rih ikedd palma mghobbija bis-sigrieti. Il-mewg jirkeb ir-ramel bid-dizordni, halla f'ohra. Il-biza' ta' go rasi tvenven go widnejja u l-hsibijiet bhas-shab, suwed, mitqala. Riesqa x-xita. _________________________________________________________________________ Indifferenza (jew apatija, kif trid hi) Xi trid di' x-xitwa thabbat wara l-bieba u ruhi keshet silg u ma tridx tisma'? U int ghax ma tifhimx, ghax ma thossx bhali, ix-xewqa li x-xemx tiddi s-sena kollha? _________________________________________________________________________ Qtar Gharwiena s-sigra ssejjah in-nifs t'alla, u jerga' jigi r-rih u jaqa' l-weraq. Id-dmugh idub minn ghajnejk stalaktiti jbahbah ruhek, hafja fil-memorji. Tingazza l-ezistenza. Mill-gerha twerzaq iqattar iz-zmien. _________________________________________________________________________ Iz-zmien taqtir mill-fjali tal-mekurju f'nofs xitwa ngazzata tleqq bir-rezha. La jdejk ikunu nkisru fuq il-pjanu u n-noti tqal ikunu difnu l-pjazza biex jibqa' biss dal-manikomju abjad, nohorgu nimmimaw ir-recta taghna, isimna jkun is-sinfonija tizfen ta' mhabba' tragika li qatt ma tieqaf, ix-xitla li hawwilna fuq it-tieqa kull meta xtaqt il-borra tasal hdejna. _________________________________________________________________________ Jien nghidlek li se nitlaq, int tistaqsini fej' u tahseb f'dak li ghadda. Jien nibza' milli gej, mix-xita w mit-tempesti, mill-qamar misterjuz, mill-ghar li dalam f'daqqa, mill-bahar maestuz. _________________________________________________________________________ Jien li f'ghajnejk kont naqra r-ribelljoni, (tempesta dmugh qed tersaq mal-fruntiera), xhin l-isqaqien tal-belt isiru taghna u taqa' f'daqqa d-dalma, forsi nifhmek. U jien li gismi kollu kien irieghed ma' kull tisbita fl-art ta' saqajk ghera, kont nibza' wkoll minghajr ma nipprotesta. _________________________________________________________________________ U forsi d-dghajsa tieghek qatt ma xxenqet li taqdef lejn xemx tidi f'tarf ix-xefaq, u s-swaba kalmi tieghek qatt ma riedu li jiggranfaw mas-shab jew l-oghla qcacet. Int qatt ma bkejt id-dnub tas-sentimenti, jew qomt f'nofs lejl imwerwra wahdek, forsi. Ghalhekk la ssir poeta tifhem ghala it-toroq twal jien kont imxejthom, kollha... _________________________________________________________________________ Fuq wiccha univers li qatt ma fhimtu. Id-dawl t'ghajnejha jilghab loghba sewda. Tfakkarni fil-holma fejn mitna t-tnejn l'ahna u sabu gisimna fit-tarf tal-bajja l-ohra. Ma' baqa' xejn; ix-xfafar tad-dawl inezzghuk u nhobbok irrid u ma rridx. _________________________________________________________________________ Intelqet gharwiena mal-hogor tat-tieqa, gisimha jfuh bhal-lejl. Staqsietni "X'baqa, issa?" Fil-boghod inheba l-qamar u dellha rega' tqal, sthajjiltha dolomita. _________________________________________________________________________ Xhin hareg mistrieh ma kienx jehtieg tilbes, u baqghet gharwiena tittawwal fil-mera. U demgha f'ghajnejh u m'hemmx ghalfejn tilbes. _________________________________________________________________________ Il-qahba Il-kwiekeb ghamu fiz-zliega t'ghajnejha. 'qas qamar ma rat imxabbat ma-soqfa. F'idejha mrassa ponn razznet tnehidha biex hadd ma jehodulha, tistenna jsaqsiha biex thobbu. Ma rahiex tibki. Waddbilha l-munita f'karus fuq gradenza u weghedha jerga' jigi. _________________________________________________________________________ L-ucuh xtajtiet mejtin, m'hemm hadd li jsellfek harsa. Triqat popolati, id-dinja tieghek tieghek, hadd ma jafha. L-ghajnejn iniggzu jfittxu ir-raggi tal-qamar, u tintebah li x-xemx ma nizlitx. Sa l-ilma bahar nixef. _________________________________________________________________________ Ir-rih Ir-rih ihabbilli il-kwiekeb go xaghari. Is-sigar xjuh jitolbu taht l-irwiefen. Hgigiet bhas snien keshin, icekcku. U l-bahar jibla' l-art, jghannaqha b'vjolenza. Shab iswed faham, kwazi l-lejl, aghar mil-lejl, u ragel isoff is-shana minn sigarett, ghaddej lejn ma jafx fejn. _________________________________________________________________________ In-niket, bhaz-zmien, mifrux mal-pjanura, u x-xenqa bla nifs tixxabbat bla heda ma' gismek silwettat, muntanja mxarrba. Issejjah tinfetah bhal fjura l-passjoni, u nergghu ninhabbu bil-qilla tax-xita. Imbaghad il-mewt titbissem minn fuq xmara. _________________________________________________________________________ Bhar-ramel maqlugh, il-mewg tal-passjoni, ruhi tixxabbat ma' gismek muntanja. L'ghajnejn ma jarawx, l-idejn imqaddsa jhossu ix-xita f'ghajnejk u r-rih li hu nifsek, il-passi tax-xmajjar li sqewk, l-istennija _________________________________________________________________________ Figurini U l-vuci tieghek forsi mhix se twassal sa wara s-swar tal-belt li bnejt madwari, u harstek, tqila, l-anqas m'hi se tinfed id-dlam li qed jingema' wara dahari. 'mma darba dan il-forti ser icedi, bla ma jintebah hadd, xejn ma jinbidel, u tkun tista' tigborni bicca bicca, tarani, terga' thobbni kif kont qabel. _________________________________________________________________________ Id-demm passjoni hamra twerzaq mit-tila mignuna. Id-demm ix-xmara ta' l-ewwel orgazmu. Iz-zwiemel storbjuzi fil-vini; Memorji jqattru mill-qurriegha mifqugha; Tektik ta' zveljarin minghajr pacenzja; u gismek, mislut ghall-ksieh ta' qamar-bestja. _________________________________________________________________________ Meta hi titolbok thobbha Met'hi, wieqfa fis-skiet gharwien titolbok thobbha, u n-niket taghha jaqtghek bhas-sirda fid-dezert, tkun taf li wahdek. Il-lejl jaghfas tqil, bla sabar, fuq ruhna, in-nifs bhall-ugigh, talb ta' l-agunija. Il-weghda li m'ahniex se mmutu aktar. _________________________________________________________________________ L-ugigh iwerzaq fil-bahh jimla' l-kamra, u int li drajt ticcassa lejn il-mera, twiddibni li m'emmintx. Taht it-tieqa barklor iswed jistenniena jaqdef fil-lava. _________________________________________________________________________ Xhin lehni baqa' jidwi mal-kolonni ta' dan il-katidrall, "Stajt m'ghedtli xejn," wegibtni. _________________________________________________________________________ Ghajnejn homor iniggzu bhal xefaq imdemmi. U inti tibqa' ma temminx il-hmar il-lejl kull lejl. _________________________________________________________________________ Iz-zkuk tas-sigra qed jigirfu l-qamar. Mank werqa m'hi ticcaqlaq fuq il-gzira. Ibqa' stennieni, forsi nigi wara x-xitwa. _________________________________________________________________________ Bhan-nifs li jmut bil-lajma ghax xeba' jghajjex, dil-kelma m'hemmx li terga' tiehu l-hajja, u l-eremit antik ma jridx li jiskot. _________________________________________________________________________ Relazzjoni Is-sentenzi taghna mqasqsin bhall-fildiferru. Wara t-toqob tal-hadid neghmez biex nilmhek imxebilka mal-frieghi Settembrini. Il-bews ankrat f'haddejk bhal pepprin mirfus, inixxi d-demm. _________________________________________________________________________ Maltemp Iz-ziemel jiggranfa s-sema saqajh kalamiti, rikkieb iswed jissara mas-sarima. Minn wara l-kolonna int tgedwed l-elf litanija bhall-Ecce Homo frustat. Is-sajjetti jaqsmu s-sema u ma tibqax taghrafni fit-twerziq mignun jifrex fil-bahh. Imbaghad iz-ziemel jitgerbeb ma' rdum u l-hanqa mirduma. _________________________________________________________________________ Elegija Titrakka f'ghajnejk l-ahhar xemx imbaghad jidlam. Mad-dmugh ingazzat in-niket iwahhal iwegga' bhal kliem fuq xofftejk imbasktin. Mat-tnehid silenzjuz nixxotta l-ugigh minn fuq mohhok go bramel bla qiegh. Hux veru l-memorji bhal ghelieqi li mxejt u li nsejt, hanini? Issa naghlaq ukoll il-persjani u ndendel mal-bibien il-faxex bojod. Bilhaqq xi hadd tefa l-fanal fil-kantuniera. _________________________________________________________________________ Ma tistax tibqa' imsallab mt-terrazzi tal-muntanja tixxabbat mat-tama; xi darba taqta' qalbek. Imbaghad tkun l-ehfef haga ccedi, u thalli t-tifkiriet jinhallu fl-ilma t'ghada. _________________________________________________________________________ Min jaf fihiex ugigh il-mewt wehidha xhin tirmunkani 'l barra bla stedina, u d-dghajsa tieghi tghib taht xemx inutli? Min jaf fihiex ugigh meta hwejjigha jaqghu bhal-lejl fuq siggu vojt taht tieqa, u nhoss fil-kjaroskur spallejha mieghi? _________________________________________________________________________ Il-mewt Ma jkun difficli xejn imbaghad. La tigi hdejk, haddejha tal-hadid, u thoss is-sirda tistaqsik tirtira, la hwejjigha tal-harir ikunu mdendla fuq granpun mal-persjana, u mbissma tistiednek iccedi, ma jkun difficli xejn li tinhabb maghha. _________________________________________________________________________ Minn wara l-gholja u d-dell tat-tliet slaleb tad-dnub, tittramonta r-raguni. Go mohhi jiccarrtu l-purtieri damaski jikxfuk jixluk. Ghajnejk ma jeghjew qatt, jarawni nterraq hafi wahdi, sat-tarf nett. _________________________________________________________________________ Mill-ghodwa mcarrta tinheles ix-xemx bhaz-zerriegha taqsam id-dalma. Quddiemna l-mixja gdida, id go id fuq l-istess triq, lejn l-istess tarf. Minkejja d-dawl ma nafux fejn sejrin. _________________________________________________________________________ Mahruqa bil-kubrit is-sigar skeletri qeghdin hemm. Huma l-kuntratt taghna t-tnejn. Jonqos biss tghinni nrampel mill-giebja l-merkurju tad-deni. _________________________________________________________________________ Wiccek mument iffrizat mislut hazin. Il-karba mugugha go kamra fid-dlam. Kelma wahda ssaqsi kollox. _________________________________________________________________________ Imsallab mal-hitan, l-art qed tahrabli minn taht riglejja, lixxa bhal halliela. M'ghandix ma' fejn niggranfa ghax ghereq kollox, kull kmandament l'emmint inbidel f'daghwa, id-dubji bhall-verdett tal-kriminali jixluni mill-mera. Inhossni noghtor. Li ghext u li ttamajt, dil-htija tieghi, li wahdi bqajt kuljum nistenna l-fidwa u ma rtirajtx fil-bidu tat-tellieqa. U x-xhieda qieghda hemm, l-ittri ta' ismi imhazza traskurati f'qiegh il-list _________________________________________________________________________ Hawnhekk tispicca t-triq li mxejt sa issa, u bhall-idjota jkolli nerga' lura minghajr trofew f'idejja, b'tama inqas. Bil-passi tqal tac-comb, u b'harsti 'l isfel, niskonta bla naf ghala di 's-sentenza fil-habs ta' l-innocenti, 'flok nirtira. Din l-aghar eternita', tistenna wahdek il-minutiera belha taqa' f'postha, thabbat mal-bieb maghluq sakemm jifthulek, tpassi ma' l-istess triq ghax m'hemmx triq ohra.
Bhas-silg fix-xemx iddub il-kuntentizza, jisfuma f'siegha l-ferh, jinhela wahdu, u jkollok terga' lura lejn il-bidu bil-ftila mitfija. Min jigi mieghi, fuq art li m'ghandhiex mapep u sinjali, b'riglejh hafjin ihabbat biex jifthulna? Forsi m'hemm hadd qed jisma l-ghajat taghna, jew forsi dan kastig, ghax tlifna meta lghabna u hadd ma tana t-tieni cans, u t-tielet. Kemm cansijit inhlewm u kemm 'ppruvajna nittawlu biex naraw fejn hadd m'uriena, u kemm habbatna ghalxejn, u kemm ghejjejna; imissna nirtirawha l-mistoqsija u mmutu ftit kuljum, hekk l-ehfef.
Lehnek il-libsa tieghi meta titfi, fid-dlam ninkixfu t-tnejn ghax xejn ma nghidu, u bla ma jmissni lehnek, nisma' xorta. Jizloq minn fuqi l-lejl bhal harir kiesah, ghas-seba' darba m'hemmx irqad illejla, sraqtuli llum ukoll il-holm, hadtuli, biex issa lehnek biss il-libsa tieghi.
E-mail to JOHN AQUILINA
Return to Main Page