POEZIJI
IMMANUEL MIFSUD
DGHAJJES
dghajsa wara l-ohra
bahhret tul il-wied tat-triq taghna
dghajsa wara l-ohra
xxarbet u tqattghet f'nofs it-triq
dghajsa wara l-ohra
ntwiet biex tbahhar
sa ma l-karti spiccaw
MINN FUQ IL-PONT
Hemm tifel jibki
mal-hsejjes tal-vapuri hergin.
Sfukat jidher il-port,
sfukati d-dwal.F'idejh dghajsa tal-batterija,
trid tohrog hija wkoll.
Sabih il-ftuh tal-bahar.Mal-hoss tal-bahar imcaqlaq
il-hjiel tad-dispjacir
li tara l-vapuri hergin
u int tibqa' bilqieghda fuq il-pont
izzomm gugarell f'idek
u tibki.
HAWN
Il-bagalja ghadha mhix lesta biex nitlaq
w hemm mara tistenna fuq il-bankina,
tfittixni 'l hawn u 'l hinn minghajr ma tilmah
dan wicci stramb maghfus mal-hgieg tat-tieqa.X'inhu li jzommni hawn la hawn mhux tieghi?
Ir-rih li jonfoh jghajjat jistidinni
bhal noti tqal 'mma mghaggla kollhom dwejjaq.
U jien nibqa' hawn bhal valz ghajjien li waqaf
biex jiehu nifs hekk kif intfew il-lampi.Il-hgieg kiesah imtappan bi mnifsejja,
w hemm mara tippassigga 'l fuq u 'l isfel,
tistaqsi 'l kulmin jigi ranix hiereg
bla tinduna li l-bieb ghadu miftuh.
NYUGATI PALYAUDVAR
Qatt rajt lit-tfajliet somor liebsa l-abjad
bit-tamburlini muti jizfnu siekta
bhalma nara jien kull darba li nersaq
kwazi bla hoss fuq il-binarji mejta
ta' stazzjonijiet minghajr ferroviji?Fis-skiet inpoggi bilqieghda nharsilhom
f'ghajnejhom lewn in-niket li jahkimni
mal-harsa li jaghtuni zewg vaguni
li ilhom wieqfa s-snin bir-roti msadda.Bhal lampi zghar jixghelu l-pont li jaqsam
bejn l-issa w l-imbaghad li dejjem jisfoka.
Bhal margeriti jaqbzu fil-moghdija
ddoqq l-innu tal-berah li harab jigri.
POEZIJA LIL CLARA
Le vent chargé de bruits (Arthur Rimbaud)I
Int ma tafx li niktiblek poezija
kull darba li narak titbaxxa siekta
biex tmut bil-mod fix-xmara dejjem niezla.
Ma tafx kemm-il wiccek pingejt jidhaqli.
Ma tafx.
Ma tafx.
Ma tafx ghax wicci ghandu
il-lewn tad-dlam li jaqa' malli nitfi,
il-lewn tal-mewt li dejjem thuf madwarna,
kulur il-qiegh fejn l-ilma kiesah hafna.
II
Ersaq mara sbejha ta' filghaxija ---
tiddejjaqx thoss id-dnub iqattar f'hogrok:
id-dnub poema li qatt ma tispicca;
id-dnub jien u l-poezija li ktibtlek
fid-dlam.'qas il-harsa tal-gost ma naqbad;
lanqas il-grif fond li frixtlek tul gismek.Tisthix jekk tara l-bahar hiereg minni
jew jekk tisma' r-rih ivenven minn halqi.
III
Ejja tifla ta' l-ilma u l-kant sieket
ha tisma' dan l-impromptu fuq il-pjanu
ta' ragel qed jghum wahdu f'nofs ix-xmara.
IV
Hares lejn ghajnejk jitolbu l-hniena
meta jkunu qed jghumu fl-ilma mielah
tad-dulur, u ixrob kemm trid minn go fija.Go fija l-bahar kalm fejn xtaqt li tinzel
ha tasal fl-art jghixu l-pupi rotob.
Go fija l-meraq skur maghsur mill-ghenba
li xtaqt li titfa' f'halqek kollu mirra.
V
Qatt smajtu d-daqq tal-pjanu f'nofs ta' lejla
jittanta jqajmek halli tizfen mieghu?
Qatt giek li titlaq xaghrek ghall-irwiefen;
li titlaq ruhek tmur 'il boghod tiggerra
bla hadd ma jwaqqfek f'nofs it-triq imqammra?Quddiem tastiera siekta rajtek tibki,
tixtieq li tqum ha tpassi minghajr toqol,
tixtieq titbissem u tinfaqa' tidhaq,
tixtieq...Ir-rih jistona kant tan-niket.
Il-qamar donnu mghaggel --- irid jitlaq.
L-istess bhall-pjanu t-triq waqghet fil-muta.'mma minn ghajnejk tisponta l-ewwel qronfla.
VI
Mank kelma wahda ma tohrog tittawwal
minn halqek bir fond, kull darba li nhares.Jien il-kantant minghajr ghanja, nistenna
gozz noti jaqghu minn xi mkien; infittex
ir-rih ta lehnu stramb ha jdoqqni mieghu;
il-huta trasparenti li trid tinzel
biex tnaqqar mill-qiegh imqar kelma wahda.Arah lehni jtir bhal tajra bla spaga.
Arah bhal id bis-swaba jgharrxu l-hofor.
Arah ferut, u b'danakollu jkompli.Bhat-tfal zghar nikteb ismek kull fejn nara
u nizra' l-fjur fil-hgieg flok fil-hamrija.
Kellimni, ghid, kellimniejja arani
nistenna biex nindaqq sakemmm ninfileg,
nistenna biex indoqqok sa ma nkissrek.U nhallu r-rih, imbaghad, jghaqqad il-bcejjec.
VII
Niftakar meta resaq lejk il-bahra.
Niftakar meta l-qamar tela' mieghek,
u r-rih dejjem hafif stiednek biex tizfen.U mieghi daru biss fatati kollhom
niket, b'ghajnejhom fissi jharsu lejja,
b'subghajhom inkurlati bil-kundanna.Madwari nibtu biss fjuriet tal-gebel.
U ma ntbahtx, int u ccafcaf id-dawl jonfoh,
bil-valz kantat bid-demm hiereg minn halqi.Int li tlaqt ghall-ilma jixghel jitmewweg,
gelgilt ir-rih bil-mod u sirt tal-fidda
u b'nifsek imxarrab mellist il-qamar.Magenbek, ragel wahdu jeghreq f'demmu;
bin-nifs idub u d-dawl jintemm ghal dejjem.
VIII
Illejla kif timtedd siekta magenbi
hallini nsir buffura rih qawwija
ha nzeffnek mieghi, mara tal-fjur niexef.
ghax inti mar-rih biss trid tqum biex tizfen.
Hallini nonfoh fik par gwienah wiesgha,
wiesgha daqs dan il-bahh li hawn bejnietna.Dirghajja donnhom demgha trid ticcarcar
u sidri qisu qlugh li jrid jixpakka.
X'inhu dal-hoss li hiereg minni donnu
il-lehen ta' mitt ruh ikantaw f'daqqa?
Jiena r-rih --- qed insejjahlek, sabiha.
Jien ir-rih li dejjem jigri fit-toroq,
jigri fuq l-ibhra fondi bhall-ihirsa.
Jien ir-rih li mghandix kwiet, mghandix sabar.
Jiena li mghandix art minn fejn nitwieled
u lanqas mghandi art fuqiex immut.X'hemm aghar mis-skiet storbjuz ta lehnek rieqed?
Ghajnejja ma jarawkx ghax int id-dalma
li tinzel niedja magenbi kull darba
li nhoss Settembru iehor diehel fija.
IX
Ghajnejk saru rahal li spicca wahdu:
toroq bla nies, bankini dojoq vojti.
Ghajnejk nofs il-lejl bl-imhabba tmur torqod
ir-raqda twila li qatt ma tispicca.
Ghajnejk suwed bhal bozza se tinqata'
fi mkien sieket fejn hadd ma jmur jinnamra.
Ghajnejk suwed kbar ritwal ta l-imsejkna
li jterrqu kuljum bla ma jafu l-ghala.Ghandek harsa tghum fwiccek tixbah l-oqbra
miftuha , mudlama, lesti jibilghu
lil kull min jittawwal.Ridt nghidlek, Clara,
int u tnehhi hwejgek biex tilqa' r-riefnu,
l'int donnok poezija mhux mitmuma,
l'int donnok qamar gwejjed mhemmx li jitla'.
Ridt nghidlek, Clara, int u tixrob l-ahhar
qatra nida li zelqet minn ghajnejja,
l'hemm xmara twila tistenniena ninzlu.'mma dawk l-ghajnejn, hut l-ihirsa, waqqfuni.
X
Hares lejn dil-fjura mitluqa tibki
Fl-ilma mdardar li waqa minn ghajnejja,
u ftakar f'meta darba, ilu hafna,
qalb dhahen ta' l-incens u s-sigaretti
gejt infittxek, tifla tad-dnub qaddisa.Iss' ghax waqaf il-kant li kkomponejna,
ghad fadal biss ir-rih tas-solitudni
ihabbat ftit nervuz ha jinvadina;
jarana minn ma' l-art nigbru hwejjigna
u nitfu d-dawl u nigbdu l-bieb warajna.Hares lejn idi bajda karti tterter,
tipprova tahtaf l-ahhar kelma l'ghidtli.
Liem' naha sejra, tifla ggorrli rihu?Immur fejn jghidli r-rih --- jien kollni tieghu;
fejn hemm il-pupi rotob jitbissmuli;
se mmur fejn hemm il-ward li qatt ma jinxef.Ridt nghidlek, int u taqfel il-bagalja
mimlija nofs xewqat u holm immermer,
lghalik ghad ghandi ghanja mhux kantata,
xi mkien ghad ghandi harsa ftit misthija,
ghad ghandi l-ahhar qatra demm tistenna.U nhoss in-nifs jonqos ma l-ahhar harsa.
U nhoss it-telqa tar-ruh int u miexja.
U nhoss l-irwiefen jonfhu biex jinkuni.Igborha dil-fjura, thallhiex tibki.
XI
U nisma r-rih jghattilek lehnek kiebi,
jisraqlek l-ghanja li tlabtek tkantali
u ma jibqa xejn, xejn ghajr dawn l-irwiefen.
META JAQA' L-WERAQ, L-ART TAQBAD TKANTA
Meta jaqa' l-weraq, l-art taqbad tkanta.
Qisu dmugh jaqa l-weraq; qisu noti
suwed imharbxa fuq manuskritt sfajjar.
Weraq bojod jaqghu fl-art, qishom gwienah
hamiema tielgha tahrab lejn is-sema.L-art taqbad tkanta meta jaqa l-weraq.
Blehen mara tkanta l-art, blehen ahdar.
IL-GOST LI TIEHU INT
Il-gost li tiehu int jurini l-berah.
Hoss it-tnehid tieghek bhal dghajsa
tofroq l-ilma kollu fjuri. Minn halqek:
orkestra ta vjolini w friefet bojod.Il-gost li tiehu int jurini l-berah.
Hoss il-gost bhall-blu skur ta qiegh il-bahar,
bhall-ahmar vjolenti tat-tut.Minn halqek:
idahhan fin l-incens fis-sema ikhal.
------------------------
E-mail: Immanuel Mifsud
------------------------
Return to Main Page