1962 ***
STORJA
MINN FOMM IL-GURNALI

Minn Sergio Grech



Il-gazzetti jistghu jigu meqjusa bhala sors primarju biex wiehed jifhem l-istorja ta'pajjizna.

L-1962 kienet sena Attiva.Mill-1958,wara r-rizenja tal-Gvern ta'Mintoff u l-irvell t'April,sa l-1962 Malta esperjenzjat mill-gdid Gvern Kolonjali.F'dawn l-erba'snin ma saret l-ebda elezzjoni.Is-sitwazzjoni ekonomika mserrha izzejjed fuq is-servizzi bdiet miexja dejjem iktar lejn kolass totali.L-elezzjoni kellha iggorr maghhha ukoll il-glieda politioko-religjuza li ovvjament bdiet qabel l-1962 u lahqet il-quccatta taghha matul il-kampanja elettorali.Protagonisti f'dan l-affront kienu ovvjament Duminku Mintoff u Mikiel Gonzi.Argument shun immens kien jekk il-knisja kelliex jedd jerw le tindahal fl-isfera politika.mintoff qal le.Ovvjament l-antitezi tieghu Gonzi qal iva.Jidher car li fuq l-agenda tal-partiti li kkontestaw dik l-elezzjoni jekk mhux l-ewwel punt zgur minn ta'quddiem kienet l-eliminazzjoni tac-cans li l-perit jiehu l-Gvern.Il-Partit Nazzjkonalista mmexxi min-Nutar Gorg Borg Oliveir rebah l-elezzjoni u ghalhekk kellu l-mandat car li jmexxi l-pajjiz sal-1967.Il-Laburisti kienu laqqmu dik l-elezzjoni bhala Frar l-Iswed.Sejhu lil partiti li appoggaw l-Knisja bhala ta'taht l-umbrella.Mintoff kien sejjah ghall-kancellazzjoniu ta'l-istess elezzjoni.Ghadma iebsa quddiem il-Gvern il-gdid kienet is-sitwazzjnponi ekonomika.l-emigrazzjoni hadet spinta u kienet minn ta'quddiem fuq l-agenda Nazzjonalista.Fl-istess sena bdew it-tahdiet ghall-Indipendenza-dibbatitu shih qam x'tip ta'Indipendenza sater tinghata lil fortizza f'nofs il-Mediterran.Ovvjament oppozizjoni ma naqsitx.

l-istampa fl-1962 kienet wahda attiva'ghall-ahhar.F'Novembru'62 bdiet tohrog l-orrizont-propjeta tal-GWU.Din l-istamperija kienet tippubblika wkoll IL-Helsien u It-TorcA.Fl=1962 is=segretarju generali John Attard Kingswell kien heggeg lill-haddiema biex fl-elezzjoni jivvuttaw ghal MLP.Minn hawn telqet it-tradizzjoni li l-gazzetti tal-Union Print minkejja l-fatt li l-flus jinhargu mill-GWU taghti support qawwi lill-partit imsemmi.L-istess stamperija fl-1962 wasal xi makkinarju gdid.Il-Partit laburista kien beda jibni stamperija ghalih fil-Marsa fejn ix-xoghol li kien issir il-Hadd ta'fastidju lil Arcipriet ta'Rahal Gdid li kien pront irraporta l-Kurja.Kull nhar ta'Hadd il-Partit Laburista kien johrog The Voice of Malta li kienet edittjata minn Anton Buttigieg.IlPN kellu biss Il-Poplu li kienet tigi pprintjata fil-Lux Press fil-Hamrun.Kien biss fl-1971 li l-partit beda jipposjedi stamperija bil-pubblikazzjoni tal-gurnal In-Nazzjon.Mill-PN twieled il-Partit Demokratiku Nazzjonalista mmexxi minn Herbert Ganado.Skond ta'l-ahhar il-partit il-gdid twieled biex jikkonfronta iktar lil Mintoff galadarba Borg Olivier kien mans wisq lejn Mintoff.Il-PDM kien jippubblika l-Malta Taghna.Fl-1961 Toni Pellegrini halla l-Partit tal-Haddiema u hu waqqaf il-Partit tal-Haddiema Nsara-partrit li kien jemmen fil-laburizmu nisrani.Dun Gorg innifsu kellu kliem ta'tifhir ghal din il-konverzjoni li hu stess sejhilha providenzjali.Mintoff kien issejjah lil Pellegrini iz-Zring.Il-Partit Kostituzzjonali mmexxi minn Mabel Strickland kien iwassal l-idejat tieghu minn Il-Berqa,Times of Malta u s-Sunday Times of Malta.Ghalkemm hu fatt li d-doza politika kienet inqas minn dawk tal-gurnali msemmijja.Pero'l-antogonizmu kontra l-Mintoffjani kien car.Gurnal indipendenti kien The Bullettin li waqaf johrog fl-1984.Il-knisja barra l-pulptu kellha wkoll Lehen is-Sewwa ppublikata fl-Istitut Kattoliku mill-Azzjoni Kattolika.

F'dan l-istudju hu mportanti li naghtu harsa lejn il-protagonisti politici u religjuzi.Il-karattri skontraw lil xulxin fuq hafna temi.Tista'tghid li rari kien hemm konsensus.Fuq l-icken haga tnisslet diskursata shiha.Il-knisja u djocesi kienet immexxija mill-Arcisqof Gonzi li nizel hu nnifsu b'ruhu u gismu fl-arena poliotika.Gonzi jibqa'minghajr dubju ta'xejn l-iktar figura dominanti mhux biss fl-istorja ekklesjatiska fejn rat it-trijonf tal-knisja lokali u kif ukoll f'dik politika.Gonzi kellu l-veduti tieghu u ma'dawn baqa'mwahhal.(Intervista interessanti ma'Gonzi taht il-kappa L-ARCISQOF JITKELLEM tidher fuq STORJA 78).Il-Partit Nazzjonalista kien imexxi minn Gorg Borg Olivier.Borg Olivier ma kienx nuvell fil-politika.Wara l-mewt ta'Nerik Mizzi kien sar Prim Ministru.L-istess kariga okkupha fis-snin 51,53 u kif naraw 'il quddiem fl-1962.Ismu jibqa'maghruf ma'l-indipendenza ta'sentejn wara.Herbert Ganado telaq mill-PN u waqqaf il-Partit Demokratiku Nazzjonalista.F'RAJT MALTA TINBIDEL-li wiehed jista'jsejjahlu enciklopedija ta'nformazzjoni ovvjament kif ra hu-jghid li l-PDM twieled minhabba t-twemmin li l-PN"ma kienx qieghed jiddedika ruhu bizzejjed biex jistudja u jkun jista'jirrisolvi meta jkun fil-gvern il-problemi ekonomici u socjali ta'pajjizna>"Il-partit ra twelidu fid-19/10/1958.Is-sena 1958 rat ir-rizenja tal-gvern ta'Mintoff u l-famuzi rvellijiet li sbokkaw mill-roblemi kbar ekonomici li qatghu nifs lil kulhadd.Mintoff kien lahaq kap tal-partit wara t-tkeccija ta'Boffa.Popolari f'dawn iz-zminijiet kien is-slogan Boffa Mmoffa.Mintoff jibqa'maghruf ghal militantizmu tieghu.Kien in-naha l-ohra opposta ta'Gonzi.Ovvjament Mintoff kien qed imexxi partit li kontinwament kien qed jigi akkuzat bil-kommunizmu,b'allejanzi malKremlin u Tito.Mexxa partit kontra t-theddida komda ta'l-interdett.Il-proposta tieghu ta'l-integration kienet giet attakata gafna mill-awtoritajiet ekklesjastici ghsb-bazi ta'nfiltrazzjoni drammatika ta'Protestantizmu u okkazzjoni biex jidhol id-divorzju.Mabel Strickland kien responabbli mill-partit Kostituzjonali fi zmien meta ftit nisa kienu attivita politikament'taqta'xi ndiwidwi mill-Azzjoni Kattolika li ovvjament ma kientx istituzzjoni politika.Strickland kella politika kolonjali.Bhal missierha riedet rabtiet ishah mal-Gran Britrtanja u l-issue principali taghhha matul il-kampanja elettorali kien ix-xoghol flimkien mar-religjon.Ir-religjon u d-difiza taghha kienet l-uniku mezz biex jigi evitat is-suppost kommunizmu Mintoffjan.Kull partit deffesiha din it-tema.Toni Pelligrini fl-1961 waqqaf il-Partit tal-Haddiema Nsara li kellu l-appogg tal-Frangiskan Patri Felicjan Bilocca-maghruf ghall-artikli tieghu li kienu jidhru frontpage fuq il-Lehen fejn id=doza politika kienet iktar qawwijja minn dik religjuza.Pellegrini kellu l-appogg ukoll ta'Dun Gorg.Il-promessa tieghu kienet ix-xoghol.Mintoff u Borg Olivier kienu jigu attakati spiss tramite It-Tarka-ta'l-ewwel iktar minn tat-tieni.Ghall-elezzjoni 1962 Pellegriniu xandar ittra theggeg ghal vot mill-istess Boffa.Il-partit pelligrinjan adotta l-arma tal-partit Boffista maghrufa bhala taz-zewg idejn.

IL-KAMPANJA ELETTORALI

Il-kwistjoni poliotika-religjuza ma bdietx matul l-1962 izda zgur hu fatt li splodiet matul il-kampanja elettorali.Deher car li kulhadd kien armat sa snienu.Il-partiti ressqu lil elettorat il-manifesti taghhhom.Wedgha komuni kienet il-harsien tar-religjoin li ntrabtet max-xoghol.Importanti ninnutaw li l-partiti politici zdiedu-ghall-precizjoni rduppjaw.Il-partiti l-godda opponew il-politika ta'Mintoff u nghaqdu mal-famuza Gunta.Nies bhal Mabel issugerew li jitwaqqaf Front Komuni kontra Mintoff.Proposta simili saret minn Ransey ,kap tal-Partit Demokratiku Nisrani.L-affiljazzjoni Laburista fl-AAPSO giet mehuda mill-awtoritajiet ekklesjatici bhala pont lejn il-kommunizmu.Mintoff kien qal fmeeting'il-glieda taghna mhux kontra l-knisja."Kull partit qal li ghandu l-appogg divin.Dikjarazzjoniujiet simili jghinu u mhux ifixklu f'pajjiz bhal dan fejn id-distinzjoni fejn jahbtu l-konfini bejn stat u knisja qatt ma saret.

Matul il-kampqanjs elettorali l-Partit Laburista xela lill-kleru bit-tikketta qassisin pulitikanti.Il-knisja minn naha l-ohra iddefendiet ruhha billi qalet li vot ahmar ifisser vot kontra l-Iben t'Alla.Dawk li appoggaw lilGunta zejnu kull rokna b'kartelluni anti-Mintoffjani.Xi ezempji-Jekk f'din l-elezzjoni ma timxix mad-direttivi tal-Gunta,tkun qed tghin 'il ghadu jew Alla jiggidukak,ivvota kif tghidlek il-Gunts jew Vot lill-Partit Laburista ifisser sena habs lil Isqof.Saru anki paraguni ma'Castro ta'Kuba.L-istess argumenti tista'tghid dehru f'kull gurnal.Il-HADDIEM li kien johrog mill-Azzjoni Kattolika fl-14/1/62 iddikjara b'mod solenni-Jekk l-Isqof ihollok,alla jhollok,jekk l-isqof jorbtok,Alla jorbtok,jekk l-Isqof jisthek,Alla jisthek.Artiklu iffimat mill-Patri E.Bezzina ippublikat f'IL-BERQA tat-2/1/62 argumenta li s-Socjalizmu Nisrani ma Jezistix anzi"l-ebda nisrani ma jista'jkun nisrani u socjalista flimkien ghax dawn jemmnu hwejjegg ghal kollox differenti minn xulxin.IL-QAWMIEN li kien jippublika l-Moviment Azzjoni Socjali qal fil-15/2/62 Waslu l-granet decizivi,naghttu rebha kbira lill-knisja u telfa kbira lil Mintoff.Il-MALTA TAGHNA li fl-1962 waslet fis-seba'sena taghha hegget biex"il-vot tieghek ghandu jintuza jservi biex Mintoff jiehu daqqa li ma jqumx minnha.L-edizzjoni ta'Frar tal-MILITIA CHRISTI taghmilha cara li"ahna ma rridux li jkollna gvern socjalista,gvern Socjalista ma jistax imexxi pajjiz Kattoliku.

Il=Partit Laburista kellu ghd-dizpozzjoni tieghu it-TORCA,IL-HELSIEN u l-VOICE OF MALTA.Billi Attard Kinswell tal-GWU heggeg lill-haddiemma biex jivvuttaw laburista,l-appogg tal-gazzetti ta'l-ixjeh union f'Malta kien awtomatiku.L-editur ta'IL-HELSIEN kien Nestu Laviera..Fost il-kittieba tal-gurnal insibu lil Lino Spiteri li fl-istess elezzjoni sab ruhu fil-Parlament,Albert Hyzler,Anton Buttigieg uKarmnu Zammit.

(tkompli...)

E-mail to Sergio Grech.

Return to Main Page