JAHASRA GANNI

BERNARD MICALLEF


It-tifel ghamel l-ewwel minuta affaxxinat, imwahhal ma' l-art fejn kien, ihares lejn ragel ta' tmenin sena jibki. Imbaghad resaq aktar vicin sakemm gie tahtu u seta' jara l-lehja taht geddumu kbir, il-gnub ta' nuccali hergin 'il barra, u id iggranfata ma' maktur tielgha u niezla lejn imnieher storbjuz.

Minn ghajn wahda seta' jara hiereg, jizzerzaq, l-ilma sakemm ifforma buzzieqa ckejkna fil-genb tal-geddum. Ghajnejh zghar iffissaw fuq id-demgha, rawha tikber u... titqaccat minn mal-laham ghal go ballun fl-arja niezel lejn wiccu. Ibbies u ghajnejh ma setghux jinghalqu. Ra l-ballun jikber, isir ggant, mewga ta' bahar mielah niezla fuqu.

Id-daqqa sabbtitu fl-art u hassu ghasra jfittex li jitla' fil-wicc ghan-nifs. Idejh baqghu jaghtu ma' l-ilma li issa kien kullimkien. Bhal berqa ghadda minn mohhu hu nnifsu jaghti fuq l-ilma u ommu zzommu fil-wicc, u tifrah bih ghax, "Taf tghum, qed tara!" Kompla jaghti, u jibki jwerzaq, u l-lehen mghaffeg fl-ilma jasal imghatten f'widnejh stess. Ighazzez snienu, u jigdem fl-ilma ghalxejn. Ghajnejh xaffra jaqdfu 'l-fuq ilahhqu mal-wicc ta' l-ilma fejn qatt ma seta' jasal.

Halqu nfetah u hargu bziezaq ta' l-arja. Ra madwaru bziezaq telghin minn kullimkien, foresta ta' bziezaq telghin minn hluq miftuhin. Nies kullimkien ghajnejhom berah, u halqhom cirku johloq buzzieqa wara l-ohra. Bziezaq telghin jinfaqghu, jaghmlu hoss imfexfex go bahar ta' nies. Iggustahom ghal ftit, iharsu lejn xulxin d'dawk l-ghajnejn kbar, u jaraw il-bziezaq ta' xulxin telghin. Sakemm ftakar li hu wkoll kien fl-ilma qieghed imut.

Miet. Ganni, it-tifel iz-zghir ta' Cetta kien miet.

Qam bil-kwiet darba wahda filghodu kmieni, mar fil-kcina fejn kien hemm ommu, u qalilha kollox, "Ma, darba wahda spicca kollox. Kelli hames snin u ma kien fadal xejn izjed, u jien minghalija bqajt sejjer. Issa jien mejjet." Id ommu griet ghal fuq mohhu kif kellha habta taghmel kull darba li l-mara ma tifhemx x'qal, u l-istess kliem tas-soltu rega' tfacca, "Ruhi jaqaw ma tiflahx?"

Ganni telaqha fil-kcina u mar fil-kamra l-ohra. Darba wahda ghal Ganni kien spicca kollox, ghax kien ra kollox, u x'jigri meta tara kollox? Ma jifdal xejn. Izda Ganni ghamel zball ghax ried jibqa haj. "Messni mitt, messni mitt," irripeta wahdu fil-kamra ta' l-ikel. "Issa llum insofri n-nuqqas ta' kuragg li kelli, il-biza' biex immut f'waqti. Qieghed nara li ili mejjet u ma kontx naf."

Ommu semghetu u bhalma taghmel kull omm li tara 'l binha jinsisti mal-hajt tal-kamra ta' l-ikel li hu mejjet marret iccempel lit-tabib tal-familja. Ukoll, bhalma jigri lil kull pazjent, Ganni gie mitlub jibla' l-pilloli kuljum, jistrieh kemm jiflah, u ma jmurx ghax- xoghol.

Izda Ganni kien miet. Id-demgha kienet fgatu. Ghalxejn baqa' jmur kull gimgha ghand il-psikjatra. Mela psikjatra kien se jibdel il-fatti li graw? Dak mhux mal-mohh kellu x'jaqsam? Ganni ma kienx taht xi kumpless mentali, kien miet. Qalha hu stess, u ghalfejn m'emmnuhx? Mhux hu l-aktar li jaf x'gara lilu? Baqa' jinsisti ma' ommu, missieru, hutu u mal-hajt tal-kamra ta' l-ikel li ma setax jahbi l-fatti izjed. Kien mejjet u ma kellux ghalfejn idejjaq psikjatri bil-mewt tieghu.

Il-psikjatra min-naha l-ohra kien nemusa fitta fitta wara nuccali, li hlief izzanzan hmerijiet ma ridetx. Sfurzatu jghidilha x'kien gralu ta' hames snin, u wara ppruvat tfiehmu li li qal ma kienx gara. Imma jew hu ma kienx f'sensih, jew dan il-psikjatra ahjar imur ghand iehor. Ghalfejn l-ewwel tistaqsih x'gara, u wara tghidlu li mhux hekk? Is-sessjonijiet komplew u Ganni beda jirfina l-argumenti favur il-mewt tieghu. Insista li hu jaf x'inhu mewt mhux psikjatra li ma jafx jitkellem hlief fuq imhuh hajjin. Il-psikjatra kien haj u l-mewt kienet nuqqas ta' hajja. Il-psikjatra sar zunzana u fehem biss li quddiemu kellu ghadma iebsa. Ganni baqa' dejjem jistaghgeb bil-mod kif il- psikjatra-zunzana kellu l-kapacita jaqbel mieghu f'kull ma jghid, u jipprova jfiehmu l- kontra.

Kien johrog stordut wara kull sessjoni, jiftakar biss fil-grajja li wasslet ghall-mewt tieghu. Ix-xih, id-demgha, u hu jwerzaq taht l-ilma. U idu kienet tmur mal-ewwel ghal-ghonqu, iholl l-ingravata u jimsah l-gharaq fuq wiccu. Dejjem jerga' jlissen l- istess karba, "Gharukaza dan l-gharaq kollu wara l-mewt."

-2 -

Iz-zmien ghadda u Ganni ddecieda li jmur joqghod ghal rasu. Hareg mid-dar u mieghu harget it-triq li sa dakinhar kienet taf l-istorja shiha ta' Ganni l-Mejjet. Ganni telaq fost capcip u ghajat, u dahk sfrenat. Taru wkoll xi zewg bajdiet li nfaqghu hdejn saqajh. Ganni tbissem u hares lura lejn it-triq tieghu xhud tal-biki ta' ommu, is-serjeta ta' missieru u hutu, u d-dahk tal-bqija. Xejjer wahda lil kulhadd u telaq. Qatt ma stennejt daqshekk nies, haseb, dan bilfors hu l-funeral.

Fetah ghajnejh u hares. Ra sema mimlija xemx. Dawl kullimkien jaghfas fuq in- nervituri zghar t'ghajnejh. Qam b'hasda u sab ruhu fuq cattra f'nofs bahar. Kien ilu tlett ijiem bla ilma u ikel, jitlob li jara vapur. Kienet ir-raba' holma li kellu fuq dik ic- cattra, il-mewt, Ganni, ommu, il-psikjatri... Dawwar rasu lejn genb u ra idu fl-ilma, gibidha lejn l-ohra, joghrok. Dik kienet tieghu. Resaq lejn nofs ic-cattra 'l boghod mill-ilma. Rega' ftakar l-gharqa tal-vapur, shabu jghajtu f'purtiera ta' nirien f'wicc l- ilma. Rega' ra l-holma, ix-xih, il-mewt, il-psikjatri... U ftit ftit beda jiggennen. Min kien Ganni? Min kien hu?

Mohhu nhall. Min kien il-holma. Fejn bdejt, beda jahseb, fejn bdejt? Jien Ganni? Jien jien? Fejn qieghed? Liema hi l-memorja? Qieghed immut.

Ipprova jiftakar fl-gharqa tal-vapur. Il-vapur ghereq. Hu salva u issa qieghed ikollu l- holm ikrah fuqu nnifsu. Imma, imma forsi hu holma ta' Ganni. Ganni? Imma Ganni mejjet. Fejn bdejt, mohhu ried igerrem lilu nnifsu. Il-genn beda jahkmu sew. Il- mistoqsija perikoluza baqghet gejja cara kristall, liemu hi l-holma? Min hu haj u min miet?

TMIEM

Return to Main Page