FJUR TAL-GEBEL

POEZIJI

Alfred Massa



	
		IT-TNEJN 16 TA' DICEMBRU 1985

		minn par ghajnejn ta' tfajla werca
		ilmaht jizzerzqu helu helu
		zewg gawhriet
		u ma fhimtx ghaliex fuq fommha
		kellha tilghab ma xagharha mdieheb
		tikmixa qarsa
		li fakkritni f'tal-harifa il-hlewwiet

		wara ftit rajt volvo riesqa
		u zaghzugh imperrec sew
		bezaq barra minn got-tieqa
		sigarett

		imbaghad fhimt
		tizwiq il-hajja
		ukoll jekk id-duhhan tas-sigarett
		tappanli
		lil ghajnejja

		-------------------------------

		IL-HAMIS 18 TA' OTTUBRU 1984

		tfajla tal-wied
		ibqa igri qalb il-hdura tal-haxix
		isma l-ilma gieri jhaxwex
		tpaxxa bdawk l-ilwien tal-fjuri
		twennes bl-ghana tal-ghasfur
		inza hwejgek w ostor gismek
		roza u sbejjah bwerqiet hodor tal-banana

		tfajla tal-wied
		sodd widnejk
		aghlaq ghajnejk
		sabiex zgur ma tintebahx
		b'dak li qed fil-pjazza jsehh

		tfajla tal-wied
		ibqa' emmen li tghallimt
		ghax illum hu aghar mill-bierah
		w ghada mcajpar jisbah zgur
		il-qawsalla titlef gmielha
		jisraqhomlha l-ahmar skur

		izda int la tinkwetax
		basta l-pjazza ma titlax

		qis li tibqa hawn f'dal-gmiel
		qalb is-safa tal-holqien

		--------------------------------

		IS-SIBT 10 TA' MARZU 1984

		Il-bierah
		hassejtni wahdi qalb folla nies
		fid-dalma sfiqa ta nofsinhar.
		F'widnejja dewa r-rampil tal-qniepen ferhana
		waqt li t-tfajliet somor, imbissma,
		b'gisimhom gheri mgezwer ffaldrappa
		zifnu mar-ritmu taghhom
		tqil
		daqs id-diqa li kellhom tilma fi hbub ghajnejhom.

		Illum
		bhall-bierah.
		Ghada
		bhal-lum!

		Id-dghajsa tofroq dejjem l-ilma mdardar;
		destini
		fit-tmun.

		----------------------------------------
		
		L-ERBGHA 22 T'APRIL 1981

		Dal-ghodu
		xhin l-ambulanza rajt ghaddejja,
		isserrep
		u tinghi
		qalb il-folla
		(u kont naf li kellha lilek fgifha)
		qabzet demgha shuna minn ghajnejja.
		Imbaghad hafif, hafif xejjerttlek
		u fqalbi ghedtlek:
		"Ciao"...

		Le, mhux ghal dejjem!
		Xi darba nergghu zgur niltaqghu,
		niltaqghu zgur...
		xi darba.

		------------------------------------

		IT-TNEJN 1 TA' JANNAR 1979

		Illum
		infetah bieb gdid
		bhal tant eluf ta qablu.
		Harist il gewwa w bzajt
		ghaliex dlam biss jien rajt.

		Xi hadd minn wara il gewwa mbuttani
		u l-biza kootor fija
		ghax dikment tfaccat quddiemi
		il-kbira MISTOQSIJA.





Dawn il-poeziji huma riprodotti bil-permess ta l-awtur Alfred Massa mill-ktieb tieghu IL-FJUR TAL-GEBEL. Il-ktieb jista jinkiseb billi wiehed jikkuntattja personalment l-awtur: Indirizz: Alfred Massa "il-Gladjola" Triq Gananton Tanti Tarxien PLA 18 MALTA Telefon: (356) 693986 Prezz: $10 (pustagg inkluz)

Return to Main Page