Waslet il-gwerra

WASLET IL-GWERRA

Minn Raymond Micallef. :
Dedikazzjoni lill-Emigrant Malti, mal-erbat irjieh.

Kelmiet kefrien, habbarhom Zijuwi.
B'qalb sewda, ghajn skura zied, "Sejjer lura".

Ghajnejn in-nanna bid-dmugh dlonk intlew,
fil-waqt li t'ommi bis-swied intfew.

U jien la nifhem, la nobsor x'intqal,
ghax zghir kont ghadni, nilghab bhat-tfal.

"Waslet il-gwerra Zi?" jien staqsejt,
"mela ser tmur bi xkubetta f'idejk?"

"Le" qalli l-mahbub Toninu tan-Nice
"Pitghada ser nitlaq lura lejn l-ice"

Snin hafna ghaddew minn fuqna it-tnejn,
f'art ohra stenbaht, familja ta' xejn.

Meta lura lejn ommi ergajt ghaddejt,
Intbaht bil-kliem li diga semmejt.

Iz-ziju ma kienx ghall-gwerra sejjer
Imma f'qalbu glieda kienet ixxejjer.

U b'qalbi naqsuma bejn zewg mahbuba
Ommi w Arti, Tfal u kutra,
Dlonk fhimt is-swied tal-qalb mifruda.

---------------------------------------

E-mail to Raymond Micallef.

Return to Main Page