MEMORJI TAL-KARNIVAL SPONTANJU FIN-NADUR
kitba ta' Joseph Said 
 Mur lura ghal: Carnival in Gozo, Il-Karnival ta' Ghawdex, It's Carnival Time at Nadur

Il-Karnival tan-Nadur (sors: Gozo.com)Minkejja l-guh u l-ghaks ta' dari, in-nies tan-Nadur minn dejjem kienu jsibu zmien bizzejjed biex, bil-galbu, jizzablu u jitbahardu fiz-zmien tal-Karnival. Iz-zmien ta' dan it-tbahrid u ta' dawn il-bluhat, kienu jibdew minn kmieni f'Jannar. L-ilbies tal-maskarati fiz-zminijiet l-imghoddija ma kinux hlief qomos u xkejjer imqattghin, imgezwrin ma' gisem il-maskarat. Dawn il-maskarati ta' dari ma kienx ikollhom xi maskra bhal ma naraw illum, imma kellhom biss ghamad tax-xkejjer jew xi carruta, b'zewg toqbiet ghall-ghajnejn u ohra ghall-halq. Dawk il-maskarati li ma kinux jilbsu xi ghamad f'wicchom, kienu icappsu wicchom bl-irmied jew bin-nugrufun, b'tali mod li ma kinux jistghu jinaghrfu.

Fil-Karnival ta' dari fin-Nadur kien ikun hemm diversi kumpaniji, kollha bil-pika bejniethom min minnhom kien kapaci jigbed l-akbar folol ta' nies warajh. Il-hsejjes li kienu jaghmlu dawn il-kumpaniji ma kinux il-jazz tal-lum imma kellhom strumenti bhal tanbur, robboba, orgni ta' l-idejn u t-trepied. Maz-zmien imbaghad dahlu l-kastanjoli u l-kitarra, xi minn daqqiet ukoll iz-zaqq. Dawn il-kumpaniji barra li kienu jduru mat-toroq tan-Nadur bin-nies taghhom, kienu jiehdu l-karru taghhom quddeim xi hwienet maghrufa dak inhar, li kienu jkunu frekwentati minn hafna nies. X'hin jehilsu minn hawn, fl-ahhar kienu jiltaqghu fil-pjazza u jdawruha hemm, fost l-ghors u l-briju ta' nieshom li kienu jkunu jistennewhom bla sabar. Il-Karnival tan-Nadur (sors: Gozo.com)

Ghal kuntrarju ta' rhula ohra f'Ghawdex, in-Nadurin dejjem zammew dan il-folklor haj u minghajr mittiefes. Ghad li llum l-attivita' fin-Nadur ghadha zzomm il-folklor ta' dari, bdew jigu mijiet ta' maskarti minn kull naha t'Ghawdex u anke ta' Malta jitlajjaw ma' Triq Dicembru 13 u dahlu uzanzi godda moderni. Dahlu l-maskri makabri u dawk ta' pesonalitajiet politici internazzjonali (dawk ta' Malta mhux permess bil-ligi). Ricentament wiehed kien jinnota hafna varjetajiet ta' kostumi u suggetti karnivaleski ohra, bhalma huma zewg maskarati fuq rota gholja 10 piedi, karru migbud minn ghaxar angli u ghaxar xjaten, maskarati tas-serje televiziva "Group One Medical" u matul il-Gwerra tal-Golf kien hemm armata ta' madwar 40 suldat b'tankers u b'missili! Anke l-insib ta' l-ghasafar gie mfakkar, u wiehed kien jista' jara mansab komplut kif ghandu jkun. Ta' kull sena wiehed jara jippassigga lil Gorbachov, Clinton, Thatcher, Bush u Saddam Hussein. Il-lista ma tispicca qatt…
 
Il-Karnival tan-Nadur beda jattira folol kbar minn Ghawdex u Malta li jigu jqattghu l-ahhar sighat ta' qabel ir-Randan f'divertiment fin-Nadur.

Il-pagna li jmiss:

RITRATTI mehuda mis-sit Gozo.com

Mur lura ghal aboutmalta.com: Gozo & Comino