IL-KARNIVAL TA' GHAWDEX
kitba ta' Anton F. Attard 
Mur lura ghal: "Carnival in Gozo"

Il-Poster tal-Karnival tar-Rabat - 2000Il-festi tal-Karnival dari kellhom importanza kbira fil-kalendarju Ghawdxi. Infatti t-thejjija ghal din il-festa kienet tibda minn zewgt ihdud qabel, maghrufa bhala l-Ewwel Hadd tal-Karnival u t-Tieni Hadd tal-Karnival. Fit-Tielet Hadd kien jahbat il-Karnival proprju, il-festa tant mistennija u popolari.  Hawnhekk ma rridux ninsew li dari l-hajja f’Ghawdex kienet wahda verament monotona minhabba li l-avvenimenti ta’ matul is-sena kienu ftit, ix-xoghol tar-raba’ kien iebes u r-Randan kien ]mien verament rigoruz b’sawm u astinenza kwazi l-jiem kollha sa Sibt il-Ghid.  Difatti, il-kelma karnival gejja minn zewg kelmiet bil-Latin- carne u levarium, li jfissru t-tnehhija tal-laham, ghaliex matul ir-Randan ma kienx jiswa laham u lanqas ma kien hawn dari fejn wiehed jerfa’ l-laham billi ma kienx hawn il-kumdità tal-figiraturi bhalma nsibu llum.

F’Ghawdex il-Karnival aktarx li kien dahal ma’ dak ta’ Malta.  Sa ftit ilu kienu jahsbu li dan id-divertiment dahal fi zmien il-Kavalieri.  Imma llum nafu, minn dokumenti antiki li nstabu mill-istudjuzi ta’ l-istorja, li l-festi tal-Karnival kienu jigu ccelebrati ferm qabel il-migja tal-Kavalieri, tant hu hekk li l-morda ta’ l-Isptar ta’ Santu Spirtu f’Malta fil-Karnival kienu jaghtuhom ikla specjali.

Il-Hamis ta’ qabel Hadd il-Karnival jissejjah Giovedi Grass.  Nistghu nghidu li dari l-Karnival Ghawdxi kien jibda f’dan il-jum.  Il-Giovedi Grass kien jissejjah ukoll “Il-Gifa” ghaliex f’dan il-jum kien isir cajt bhal dak ta’ l-ewwel ta’ April.  L-ispirtu tal-karnival jibda diehel gmielu ghaliex f’dan il-jum kien ikun hemm minn jissogra johrog liebes ta’ maskarat, ghalkemm dan ma kienx permess mil-ligi. Il-briju bit-tahbit tal-landi u t-tnabar lanqas ma kien jonqos.

Il-jum tal-Giovedi Grass f’Ghawdex kien maghruf ukoll ghall-ikla tradizzjonali li kienet issir fost il-familji.  L-ikla aktarx kienet tkun xi haga msajra l-forn.  Issa dari n-nies ma kellhomx il-forn taghhom jahdem bil-gass jew bl-elettriku bhalma ghandna llum.  It-tisjir kien isir fil-fran tal-hobz li Ghawdex tista’ tghid kien mimli bihom, l-aktar fir-Rabat u fl-irhula l-kbar. Allura dak in-nhar il-fran kienu jahdmu u jahmu kemm-il darba bin-nies gejjin u sejrin bl-ikel verament ifuh b’riha li taqsamlek qalbek. U waqt l-ikla, arah kulhadd jithaddet fuq x’bi hsiebu jilbes ghall-karnival u x’bi hsiebu jivvinta biex ikun kemm jista’ jkun originali u jdahhak in-nies l-izjed bla ma jintgharaf.

Mill-Giovedì Grass nghaddu ghal Sibt il-Karnival, jum importanti hafna fil-festi tal-Karnival f’Ghawdex ta' dari. Sibt il-Karnival dari kien famuz ghaliex fih kienu jsiru hafna tigijiet. Hawnhekk ma rridux ninsew li wara l-Karnival jigi r-Randan u dari hadd ma kien jista’ jaghmel zwigijiet solenni f’dan iz-zmien ta’ penitenza. Allura t-tigijiet kienu jsiru f’dan l-ahhar Sibt qabel Ras ir-Randan. U d-drawwa tant kienet qabdet li hafna kienu jhallu proprju ghal dan il-jum biex jiccelebraw it-tieg taghhom. Xi drabi kien ukoll jinzamm patt bejn l-gharajjes li t-tieg taghhom ghandu jsir f’dan il-jum hekk maghruf ghat-tigijiet.

Hawnhekk nixtiequ nfakkru li t-tigijiet ta’ dari ma kinux bhal tal-lum. Dawn kienu jsiru fil-ghodu ghaliex tieg fil-ghaxija ma kinux jafu x’inhu.  Ir-riceviment ta’ wara t-tieg, li kien mqassam b’mod differenti minn dak ta’ llum, kien isir fid-dar tal-gharusa. Infatti kien isir arrangament biex jinkrew siggijiet minn xi knisja u d-dar tigi mzejna ghall-okkazjoni.  Wara r-rabta, li ssir fil-knisja, il-haddara, jigifieri l-mistednin tat-tieg, kienu jingabru fid-dar tal-gharusa fejn jiehdu r-rigali maghhom.

Ir-riceviment kien jibda b’kikkra kokodina u jkompli wara bil-helu bhal biskuttini, bankoncini, frott tal-helu, perlini, pasti u panedispanja u xorb bhar-rozolin, likuri ta’ kuluri differenti fosthom krema tal-menta - lewn ahdar, xorb it-tut - lewn id-demm,  inbid helu, u brandy u whisky ghall-irgiel. Biz-zmien kien dahal ukoll il-gelat.

Biex iferrhu lill-mistednin ghall-okkazjoni kienu jgibu l-Orkestra tad-Dudi ta’ Santa Lucija, imsejha hekk ghar-ragel li  waqqafha. Din l-orkestra kienet tikkonsisti minn tliet vjoli u kuntrabaxx. Dawn tad-Dudi kienu jduru ma’ Ghawdex kollu jdoqqu arji Maltin u Ghawdxin antiki mhux biss fit-tigijiet, imma f’kull okkazjoni socjali ohra ta’ dawk iz-zminijiet.

Certament, it-tigijiet f’Sibt il-Karnival kienu jiehdu dehra verament ferrehija l-aktar meta qabel ma jitilqu ghal Qamar il-Ghasel, l-gharajjes kienet tinxtehet fuqhom xita ta’ ross, bix-xewqa li jkollhom hafna u hafna wlied, ghaliex ir-ross li jintefa’ fuq l-gharajjes ma jfisser xejn hlief il-fertilita', l-awgurju li jkomplu l-amar ta’ Alla u joktru u jizdiedu.

F’Malta Kumittiva kienet tfisser grupp ta’ daqqaqa u zeffiena li jduru jiddevertu mat-toroq, imma f’Ghawdex il-Kumittiva tfisser zifna folkloristika organizzata, tixbah il-Maltija. Kienet zifna li proprjament tikkonsisti minn diversi zifniet- il-kollura, is-salib, il-mina, l-Ingliza, il-Franciza, kannizzata, il-parata u zifniet ohra madwar arblu b’hafna zagarelli kkuluriti li fil-quccata tieghu jkun hemm qoffa zghira tawwalija. Fl-ahhar daqsxejn ta’ tifla tigi merfugha fil-gholi miz-zeffiena tal-Kumittiva. Kienu jdawruha, jigifieri jizfnuha, fil-pjazez u l-wesghat kollha tar-rahal u tar-Rabat.  Iz-zfin kien ikun akkumpanjat mid-daqq ta’ l-argunett, iz-zafafa jew rabbaba, it-trijanglu u t-tambur. Dari l-kumittiva kienet tinsab fl-irhula ta’ San Lawrenz, ta’ Kercem u tax-Xaghra.

Wara Sibt il-Karnival jigi Hadd il-Karnival, l-ewwel wiehed mit-tlett ijiem folkloristici.  Maskarati kulfejn thares, bejjiegha tal-helu- perlini, kosbor u helu taz-zambur u ghors shih ir-Rabat fl-inhawi tat-Tokk u ta’ Pjazza Savina.  U hawnhekk ma nistghux ma nsemmux it-tifkira ta’ wiehed Ghawdxi li tant kien ihobb il-karnival-  Felic is-Suffarell.  Dan Felic kien jaf idoqq it-tambur mhux biss bil-pala ta’ idejh, imma  wkoll b’saqajh, b’rasu u b’imniehru fost ic-capcip li jtarrax tan-nies li kienu jarawh. Ghalih il-Karnival kienet l-aqwa festa tas-sena. Mieghu nistghu nsemmu lil Fredu Spiteri ta’ l-Everist li wahdu kien jaghmel Karnival bil-praspar u bit-taqbil tieghu  matul it-tlett ijiem tal-Karnival. Il-Karnival ta’ bil-lejl kien xi haga specjali ghal Ghawdex meta mat-toroq taghna ma kontx tilmah hlief figuri strambi lebsin kull xorta ta’ lbies li jdahhak jew li jbezza’- xjaten, torok, fatati lebsin l-abjad- dawk tal-lizar b’xi buzzieqa fuq rashom, jew bil-qanpiena, inkella bil-fanal u bi xkupa minn taht li meta jfettlilhom igholluha ’l fuq u lizar iehor jitla’ ’l fuq u hekk il-figura umana tidher bil-wisq itwal milli fil-fatt tkun. It-toroq  u l-hwienet kienu jidwu bil-briju li jaf johloq ir-Re ta’ Karnival liebes il-kostum, bil-kuruna f’rasu, u jdoqq iz-zafzafa, strument tradizzjonali tal-Ghawdxin.

Fis-sena 1952 il-Karnival beda jigi organizzat b’kumitat apposta maghmul minn Pawlu Portelli tal-Lingi bhala President, Koli Apap bhala Segretarju u Guze' Aquilina u xi nies ohra bhala membri. L-isfilita issir ir-Rabat u fil-bidu l-premjijiet kienu jingabru mill-membri tal-Kumitat stess. Wara beda jaghti l-ghajnuna tieghu l-Gvern. Il-Karnival ta’ Ghawdex kien ha xejra ohra u minn dak in-nhar baqa’ jizviluppa kif narawh illum, ghalkemm l-aspetti tradizzjonali, b’xorti hazina, naqsu hafna.

(Dan l-artiklu deher ghall-ewwel darba fir-rivista "Il-Hajja f'Ghawdex" - Marzu 2000)

Il-Pagni li jmiss:

lura ghal aboutmalta.com: Gozo & Comino