IL-VARI TAL-GIMGHA L-KBIRA FIZ-ZEBBUG
 
------------------
L-Ahhar Ikla tal-MulejL-ahhar Cena tal-Mulej
L-istatwa ta' l-Ahhar Cena hija xoghol l-istatwarju Ghawdxi, il-Kavallier Agostino Camilleri. Hija l-unika statwa tac-cena li dan l-istatwarju ghamel f'hajtu. Din saret fis-sena 1968. Il-hwejjeg li bihom huma mlibbsa il-persunaggi ta' din l-istatwa gew mehjuta minn Katerina Cini. L-istatwa giet imbierka minn Mons Isqof Nikol Cauchi u harget ghall-ewwel darba fil-purcissjoni tas-sena 1968. Din tintrefgha minn ghaxar fratelli. Din l-istatwa tiftah il-purcissjoni, jigifieri timxi fil-bidu nett tal-purcissjoni. L-istatwa tirraprezenta lil Gesu mdawwar mat-tnax il-appostlu jwaqqaf is-sagrament tal-Ewkaristija. Hija l-unika statwa tac-cena li hemm f'Ghawdex. Il-benefatturi ta' din l-istatwa kienu Salvu u Katerina Cefai, Antonio u Dilora Camilleri, Guzeppi u Vangela Cini, Baskal u Beatrice Vella, Fortunato Cini, Cirillo Saliba, Antonio Cassar, Guzeppi Zahra, Carmelo Cini u Guzepp Buttigieg.
Gesu fil-Getsemani
Gesu fl-Ort tal-Getsemani
L-istatwa ta' Gesu fl-Ort tal-Getsemani hija xoghol l-istatwarju Agostino Camilleri. Il-hwejjeg tal-bellus gew mehjuta wkoll minn Katerina Cini. L-istatwa turi lil Gesu jitlob u l-Anglu jikkonsulah. F'id wahda l-anglu ghandu kalci u fl-ohra salib. L-istatwa giet imbierka mill-Isqof Giuseppe Pace fl-1966. Din l-istatwa tigi merfugha minn sitt fratelli u timxi t-tieni wahda. Il-benefatturi ta' din l-istatwa kienu Guzepp Cini u huh Publiju. Imzejna bi bradella, kif ukoll b'sett globi li gew mhallsa mill-benefatturi Zebbugin.

Gesu Marbut mal-KolonnaGesu Marbut mal-Kolonna
L-istatwa ta' Gesu marbut mal-Kolonna hija wkoll xoghol l-istatwarju Agostino Camilleri. Din saret fis-sena 1966 u giet imbierka fl-istess sena mill-Isqof Giuseppe Pace. L-istatwa tirraprezenta t-tielet misteru tat-tbatija, jigifieri lil Gesu marbutu fragellat. Hija t-tielet statwa fil-purcissjoni u tintrefa minn erba fratelli. Hija mzejna bi bradella u b'sett globi. Il-benefatturi ta' din l-istatwa kienu Salvu Cefai u Vitor Cini u l-familji taghhom.

Gesu Nkurunat bix-XewkGesu nkurunat bix-Xewk
L-istatwa ta' Gesu Nkurunat bix-Xewk hija wahda mill-istatwi antiki li kienu saru fi zmien il-kappillan Dun Anton Grima. Din saret fis-sena 1919 mill-istatwarju Agostino Camilleri. Baqghet tezisti billi kienet konservata f'nicca fil-knisja stess. L-istatwa tirraprezenta lil Gesu liebes bil-porpra, b'qasba f'idu u b'kuruna tax-xewk go rasu. L-istatwa tigi merfugha minn erba fratelli u timxi r-raba wahda fil-purcissjoni. Hija mzejna bi bradella u sett globi madwarha. Hija giet restawrata fis-sena 1967. Frangisk Galea hallas din l-istatwa.

Il-VeronikaIl-Veronika
L-istatwa tal-Veronika hija wahda mill-istatwi godda li saru fis-sena 1966. Hija wkoll xoghol tal-Istatwarju Agostino Camilleri u l-benefatturi taghha kienu Wigi Calleja u l-familja tieghu. L-istatwa hi mlibbsa ilbies tal-bellus mehjut minn Katerina Cini. L-istatwa tirraprezenta lill-mara kuragguza li ma bezghetx mill-folla irrabjata u rnexxielha tasal hdejn Kristu u xxottatlu wiccu bil-velu. Gesu halla stampat fuq dak il-velu l-wicc tieghu. L-istatwa giet imbierka mill-Isqof Giuseppe Pace fl-1966. Fil-purcissjoni timxi l-hames wahda u tkun merfugha minn erba fratelli. Hija wkoll imzejna bi bradella li saret fis-sena 1981 u anke b'sett globi.

Ir-RedenturGesu mghobbi s-Salib
L-istatwa ta' Gesu mghobbi s-salib, maghrufa ahjar bhala r-Redentur, saret fis-sena 1966 mill-istess statwarju Agostino Camilleri. Giet imbierka mill-Isqof Giuseppe Pace u thallset minn Carmela Carnemolla u zewgha Vitor. L-ilbies tal-bellus huwa xoghol Katerina Cini. Din l-istatwa tigi merfugha minn sitt fratelli u timxi wara l-Veronika. L-istatwa hija mzejna bi bradella u b'sett globi.

Il-Vara l-KbiraGesu Kurcifiss
L-istatwa ta' Gesu Kurcifiss, maghrufa ahjar bhala l-Vara l-Kbira, hija xoghol l-istatwarju Agostino Camilleri. Il-kurcifiss huwa xoghol li sar fis-sena 1919 fi zmien il-Kappillan Anton Grima. Dan baqa' mill-istatwi antiki u ta' kull sena kien jigi armat fuq il-presbiterju fil-jum tal-Gimgha l-Kbira ghall-priedka tat-tliet sighat, li kienet tibda f'nofs in-nhar u tispicca fit-tlieta. Il-kurcifiss gie restawrat fis-sena 1967. Fis-sena 1965, meta regghet bdiet issir mill-gdid il-purcissjoni, mal-kurcifiss tqieghdu zewg angli. Is-sena ta' wara saru zewg statwi ghal mal-kurcifiss: wahda ta' Marija Santissima u dik ta' Gwanni l-Evangelista. Dawn gew imbierka mill-Isqof Giuseppe Pace u thallsu minn Guzepp Saliba u Gamri Calleja. Is-sena ta' wara, fl-1967, saret l-istatwa ta' Marija Maddalena f'riglejn il-kurcifiss u thallset minn Antonjetta Saliba u zewgha. Il-benefattur ta' Gesu Kurcifiss kien Guzepp Cefai. Fis-snin ta' wara saret il-bradella u sett globi madwarha. Din l-istatwa tigi merfugha minn tminn fratelli u timxi s-seba' wahda.

Gesu MejjetGesu Mejjet
L-istatwa ta' Gesu Mejjet, li nsejhula l-Monument, saret fis-sena 1920 fi zmien il-kappillan Dun Anton Grima. Maz-zmien, l-urna tieghu spiccat ghal kollox u kien Marija Addoloratabaqa' biss l-istatwa li lanqas kienet ghadha tintrema fil-knisja. Meta reghet bdiet issir il-purcissjoni l-istatwa giet restawrata u saret urna provizorja sakemm issir wahda gdida. Din l-urna damet isservi sas-sena 1977. L-urna l-gdida giet mahduma minn Toni Mallia u ibnu Guzeppi, fuq disinn ta' Mons Mikelangleo Apap. Wara li saret din l-urna giet irrangata nicca fil-knisja, fil-kappella ta' l-Immakulata Kuncizzjoni, sabiex din l-istatwa tkun ikkonservata fiha u tkun tista' titgawda matul is-sena kollha. L-istatwa ta' Kristu Mejjet tigi merfugha minn tminn fratelli.

Marija Addolorata
L-istatwa ta' Marija Addolorata hija statwa ohra minn dawk li kienu saru fis-sena 1919, fi zmien il-kappillan Dun Anton Grima. Kien hadimha wkoll l-istatwarju Agostino Camilleri u kien hallasha Mikiel Galea. Din giet restawrata fis-sittinijiet. L-istatwa tohrorg ukoll fil-purcissjoni li fiha ssir il-Via Matris. L-istatwa tintrefgha minn erba fratelli u taghlaq il-purcissjoni. L-istatwa ghandha wkoll bradella u sett globi.

back to aboutmalta.com: Gozo & Comino