
|
|
|
|
Qabel
l-ahhar gwerra dinjija fix-Xewkija kienu jsiru tliet ijiem Espozizzjoni
Solenni matul il-jiem tal-Karnival biex id-devoti jmuru jaghmlu xi siegha
adorazzjoni u jpattu ghal dak li kien isir f'dawk il-granet. Ir-Randan
kien jibda mill-ewwel Erbgha ta' l-Irmied ta' wara l-Karnival u jispicca
nhar is-Sibt il-Ghid f'nofs inhar. Is-Sawm kien obbligat ghal dawk kollha
li kienu ghalqu t-tmintax-il sena sa dawk li ghalqu s-sittin. Kienu jridu
jsumu u min ma kienx isum kien jaghmel dnub mejjet. Nhar ta' Gimgha hadd
ma kien jiekol laham u hafna lanqas latticni. Is-sawm kien jibda minn fil-ghodu
bil-kafe jew te' u xi haga zghira mieghu. L-ikla ta' nofs in-nhar u ta'
fil-ghaxija kienet tkun bil-qies u fil-ghaxija ma kontx tista' tiekol aktar
minn kwart hobz. Kien hemm xi whud li kienu jsumu nhar id-Duluri, is-sawma
tas-seba' buqquni. Dawn kienu johorgu jittalbu bicca hobz minghand il-girien
u nhar id-Duluri jieklu minn dan il-hobz biss. Li kien jifdal kien jinghata
li xi fqar. Kien isir f'certu gimghat u kien jikkonsisti billi l-individwu
jiekol hobz u jixrob ilma u xejn aktar.
Il-priedki kienu jibdew mill-ewwel Hadd tar-Randan, jigifieri l-Hadd ta' wara l-Karnival. F'dan il-Hadd, il-predikatur kien ikun wiehed tajjeb u kien jaghmel erbatax-il priedka, wahda f'kull stazzjon tal-Via Sagra. Din kienet tiehu madwar siegha u nofs u r-rahal kollu kien jattendi ghal dawn il-priedki b'herqa kbira. Wara l-Erbgha tal-Irmied, il-funzjonijiet kollha ta' fil-ghaxija kienu jibdew bil-Via Krucis fejn fiha jkun hemm abbati joqghod bis-salib quddiem kull stazzjon tal-Via Sagra.
L-ezercizzi kienu jibdew mit-tieled Hadd tar-Randan. Aktarx jekk ikun bnazzi, fit-Tieni Hadd tar-Randan, l-Arcipriet flimkien mal-Kleru u l-abbatini kien jitlaq bil-mini ghall-pellegrinagg mix-Xewkija sa Ta' Pinu. Ix-Xewkija kienet tmur bil-herqa u min ma kienx ikun jiflah kien imur fuq xi karettun jew karrozzin. Il-priedki tar-Randan kienu jkunu ta' l-irgiel ghalihom u tan-nisa ghalihom. Il-priedki tan-nisa kienu jsiru minn Hadd sa Hadd u kienu jdumu madwar siegha u nofs. Il-Hadd kienet tibda l-ewwel wahda fis-siegha ta' wara nofs in-nhar u nhar ta' xoghol kienu jibdew siegha qabel l-Ave Marija. L-irgiel kienu jistghu jattendu ghal dawn il-priedki. Ta' l-irgiel kienu xorta ohra. Nhar ta' xoghol, billi l-irgiel kienu jahdmu sa nzul ix-xemx, il-priedki kienu jsiru wara l-Ave Marija u kien ikun hemm irgiel biss. Nhar ta' xoghol in-nisa ma kinux jistghu jattendu ghal dawn il-priedki. Il-priedki tal-irgiel kienu jispiccaw il-bicca l-kbira nhar Hadd il-Palm. Kemm tan-nisa, kif ukoll f'tal-irgiel, fl-ahhar Hadd il-predikatur kien jaghti l-Barka Papali.
Fil-bidu tar-Randan, is-sagristan kien iqassam bieb bieb il-bullettin. Dawn kienu jkunu speci ta' bicca karta daqs Karta tal-Identita', fejn fiha kien ikun hemm is-sena. Qrib l-Ghid, wiehed kien jiehu'din il-bicca karta mieghu ghat-tqarbin u tinbidel f'karta ohra, li tkun turi il wiehed ikun ghamel it-tqarbin tal-Ghid. Xi hmistax qabel l-Ghid kienu jigu mghottija l-inkwadri kollha li jkun hemm fil-knisja b'carruta vjola. Anke l-kurcifissi kienu jigu mghottija. Il-Via Sagra biss ma kenitx tigi mghottija u dan biex l-insara jahsbu l-aktar fuq il-Passjoni ta' Sidna Gesu Kristu. Dan il-Hadd kienu jghidulu Hadd il-Passjoni u kien ikun hmistax qabel l-Ghid.
Nhar Hadd il-Palm kien isir it-tberik taz-Zebbug u l-Palm gol-knisja stess. Kienet drawwa sabiha li s-sagristan kien jaghmel qattiet taz-zebbug ahdar u kien idur bieb bieb ix-Xewkija u jqassmu lin-nies u dawn kienu jaghtuh xi haga ghall-festa. Nhar l-Erbgha tal-Gimgha l-Kbira ma kienx jidhol dawl fil-knisja, ghajr dak tax-xemgha. Il-funzjoni tal-Gimgha l-Kbira kienet tibda nhar l-Erbgha fil-ghaxija fejn kienu jghidu l-ghasar u jixghelu t-trijanglu. Dan ikun fih 13-il xema li kienet tkun safra tan-nahal pur, li kienu jghidulha tat-tniebri. Waqt il-kant u f'kull salm kienu jitfu xema u l-ahhar wahda kienet iddum ftit tixghel. X'hin din kienet tintefa' l-migemgha kienet tinfexx thabbat fuq il-bankijiet biex ifakkru l-istorbju li ghamlu l-Lhud meta marru ghal Gesu fil-Getsemani.
Fl-unika quddiesa li kienet issir fil-Hamis fil-ghodu kienet titkanta l-Glorja u jintrabtu l-qniepen. Wara tindaqq cuqlajta li kienet tindaqq waqt il-konsagrazzjoni ghat-tmienja, f'nofs in-nhar u fil-ghaxija. Wara l-quddiesa ta' Hamis ix-Xirka kienu jpoggu s-sagrament gewwa l-kappella tad-Duluri u jibdew il-visti tas-seba knejjes. Wara jizzarmaw l-artali kollha u jhallu biss il-kurcifissi mghottija. Fil-ghaxija jsir l-istess bhal nhar l-Erbgha tat-Tniebri bix-xema u t-tahbit tal-bankijiet.
Il-Gimgha l-Kbira fil-ghodu kien ikun hemm funzjoni partikolari fejn joqghodu jkantaw il-matutin, is-Salmi u l-lamentazzjonijiet. Wara kienu johorgu il-kurcifiss mghotti u waqt li jkantaw jibdew jikxfuh. Wara kienu jikxfu l-kurcifissi l-ohra tal-knisja u ssir l-adorazzjoni tas-Salib. Issir il-purcissjoni tas-Sepolkru, li jitpogga fuq l-artal maggur, u jsir xi kant. Il-pissidi kienu jittiehdu f'xi post iehor fil-knisja. Ma kienx isir tqarbin nhar il-Gimgha l-Kbira. Wara kienu jpoggu l-Vara l-Kbira fin-nofs, quddiem hafna xema. Ghal xi nofs inhar kienet tibda l-Via Sagra u l-priedka tat-tliet sighat. Din kienet tkun fuq is-seba kelmiet ta' Kristu fuq is-Salib u kienet iddum sa madwar it-tlieta ta' wara nofs in-nhar. Kien ikun hemm predikatur tajjeb u kulhadd kien jattendi ghal din il-funzjoni. Wara kien isir is-soltu kant tal-Gimgha Imqaddsa u jispiccaw bl-Addolorata, billi jkantaw Stabat Mater u xi salmi ohra. Ghal fil-ghaxija kienu jzarmaw il-vari u jpogguhom f'posthom. Ghalkemm ix-Xewkija ghandha s-sett shih tal-vari tal-Gimgha l-Kbira, qatt ma saret purcissjoni bihom kollha.
Il-funzjonijiet f'Sibt il-Ghid kienu jibdew ghall-habta tas-sitta ta' fil-ghodu bit-tberik tal-Blandun u xi xema iehor. Kien ikun hemm xema bi tliet xemat li tirraprezenta lit-Trinita' Imqaddsa. Hawn kollox kien ikun mitfi u wara li jqabbdu l-kenur kulhadd kien jixghel xema mill-kenur. Imbaghad kien isir it-tberik tal-Ilma tal-Maghmudija u jitilqu ghal fuq l-artal maggur li kien ikun armat ghall-quddiesa. Wara din il-funzjoni tibda l-quddiesa u titkanta l-Glorja fost daqq ta' qniepen u kxif ta' inkwadri. Il-quddiesa kienet tispicca bil-Glorja. Wara l-Arcipriet kien johrog ibierek dar dar. Kien jibda mit-tmienja ta' fil-ghodu sa nofs in-nhar u mit-tlieta sa kemm jidlam. Kienu jakkumpanjawh is-sagristan u abbati. Kull familja kienet taghtih serduq jew tigiega. Kulhadd ried jaghtih tigiega u min ma kienx ikollu kien jixtri wahda apposta u joqghod biha fejn il-bieb sakemm jidhol l-Arcipriet. Lis-sagristan kienu jaghtuh bajd, gobon u xi flus u anke lill-abbati kienu jaghtuh xi xelin jew tnejn. L-abbati kien ikollu s-sasla bl-ilma mbierek. L-Arcipriet kien isellem u jghid "L-Ghid it-Tajjeb" u wara li jidhol fid-dar iroxx l-ilma u jghid xi talb. L-Arcipriet gie li anke ta xi flus lill-familjari fqar. L-Arcipriet qatt ma kien jixrob minghand in-nies, pero kien ikun hemm xi familji li jlestulu kikkra kokkodina u ftit gallettini u xi rozalin. Is-sagristan kien jaghtihom xi bicca xema tat-tniebri u xi ftit ilma mbierek. Dawn id-drawwiet illum kollha inqatghu u l-Arcipriet ibierek tul tliet gimghat. L-Arcipriet m'ghadux jiddobba tigieg u sriedaq izda kulhadd beda jaghti biss flus.
back to aboutmalta.com: Gozo & Comino