
|
|
|
|
Ras ir-Randan, il-bidu tal-jiem tas-sawm u ta’ l-astinenza. Tissejjah ukoll l-Erbgha tar-Rmied ghaliex waqt il-quddiesa solenni f’dan il-jum issir ic-cerimonja tar-rmied, il-qassis iroxx l-irmied fuq l-irjus tal-fidili fil-waqt li jghid il-kliem ta’ l-Iskrittura: Ftakar li trab kont u trab terga’ ssir. Dan l-irmied isir billi jinharaq il-weraq tal-palm u taz-zebbug imbierek minn ta’ Hadd il-Palm tas-sena ta’ qabel.
Sawm u astinenza, x’ifissru sewwa dawn il-kelmiet? Sawm tfisser li wiehed jiekol verament bil-qies u hafif. Mill-bqija ma jista’ jmiss xejn. Dari s-sawm kien rigoruz hafna, tista’ tghid hobz u ilma, u dan fil-hin ta’ l-ikel biss. Astinenza tfisser li wiehed ma jistax jiekol il-laham ta’ annimali demmhom shun; jigifieri mammiferi bhal baqar, majjali, fniek, u tjur u ghasafar bhat-tigieg, bciecen, papri u dundjani. Il-laham ta’ annimali demmhom kiesah bhall-hut u r-rettili seta’ jitiekel u ma jiksirx l-astinenza. Bhala hut nistghu nsemmu l-vopi, sawrell, sardin u ncova. Ir-rettili li lahamha l-aktar li jittiekel fi zmien ir-Randan hija l-fekruna tal-bahar.
Hawnhekk ta’ min ifakkar li dari l-Ghawdxin (u naturalment anki l-Maltin) kienu jsumu l-granet kollha tar-Randan minbarra l-Hdud u l-Festi Kmandati. Is-sawma kienet tkun magru strett, jigifieri la laham u lanqas prodotti gejjin mil-laham bhal bajd u halib u latticini, jigifieri prodotti tal-halib. Fl-antik kien hawn ukoll id-drawwa li jiznu l-hobz biex zgur ma jiksrux is-sawm ghax jieklu xi ftit zejjed. Wara l-ikel, jigifieri min-nofs in-nhar sa fil-ghaxija, ma kienu jmissu xejn ma’ halqhom u ghandhom xorti kienu jbillu grizmejhom bi ftit ilma. Imma n-nies tax-xoghol kienu jiehdu xi ftit te’ jew kafe’ b’xejn.
L-irwejjah
ta’ l-ikel kienu jdejqu fir-Randan. Ghalhekk hafna kienu dawk li ma kinux
isajru. Kien hawn id-drawwa li f’Ras ir-Randan in-nisa tad-dar jaqilbu
l-borma rasha ‘l isfel, jigifieri f’dan iz-zmien m’hemmx izjed tisjir.
Imma, minkejja din ir-rigorozita’ kollha dari fir-Randan kien hawn drawwiet
li min jiftakarhom zgur li taqbdu nostalgija ghal dawk iz-zminijiet.
Il-ftajjar ta’ l-incova jew tas-sardin kienu specjalita’ ta’ zmien ir-Randan f’Ghawdex, l-aktar fil-ghaxija. Il-prezzijiet ma kinux l-istess. Skond id-daqs tal-ftira jew jekk ikunx fiha incova jew le kien ikun il-prezz: tliet habbiet, sitt habbiet, sold u zewg soldi...illum jissarrfu kollox bil-millezmi... Dawk kienu zminijiet ohra. L-istuffat tal-fekruna kien ukoll ikla tradizzjonali ta’ zmien ir-Randan f’Ghawdex. Dan l-ikel wiehed kien jista’ jixtrih mill-hwienet ta’ madwar is-suq u t-tokk tar-Rabat ta’ Ghawdex. Platt stuffat tal-fekruna kien verament ikla tajba ghal dawk iz-zminijiet meta wiehed iqis illi l-laham tal-fekruna tal-bahar huwa laham verament rikk fil-proteini.
Ir-Randan huwa zmien ta’ penitenza. Fil-Kattidral kienu jinhargu l-istatwa tal-passjoni, wahda kull Gimgha: Ta’ l-Orazzjoni fl-Ort, tal-Kolonna, tal-Porpra u ta’ l-Imghobbi, lebsin ilbies tas-satin. Dawn l-istatwi kienu jinhargu biex hekk ikunu esposti ghall-qima tal-pubbliku.
Ir-Randan huwa wkoll zmien il-pelligrinaggi ta’ penitenza, zmien l-ezercizzi u zmien il-Via Sagra. Il-pelligrinaggi kienu jmorru f’xi santwarji tal-Madonna bhas-Santwarju tal-Qala, tal-Patrocinju, l-Ghasri u ta’ Pinu. Il-Via Sagra kienet issir fil-knejjes kollha, izda r-Rabat, Ghawdex, kien hemm knisja ckejkna li kienet maghrufa ghal din ix-xorta ta’ qima. Din kienet il-knisja ckejkna li kien hemm fis-Suq dedikata lil San Guzepp u maghrufa bhala San Guzepp tas-Suq. Meta wiehed kien jidhol fiha, kien ihossu qisu mar lura fiz-zmien, f’Ghawdex ta’ l-imghoddi, meta l-poplu kien aktar twajjeb u religjuz. B’xorti hazina din il-knisja ckejkna u storika tlifnieha minhabba li kellha titwaqqa’ biex titwessa’ l-pjazza tal-knisja ta’ San Gorg li tinsab fil-qrib.
L-ahhar
zmien tar-Randan idahhalna fil-Gimgha Mqaddsa. Jasal Hadd Lazzru, Hadd
qabel Hadd il-Palm; Hadd il-Passjoni, meta kienu jghattu l-inkwadri bi
drapp vjola, l-inkwadri kollha minbarra tal-Via Sagra, ghaliex aktar ma
toqrob il-Gimgha l-Kbira, aktar tikber id-devozzjoni tal-Via Sagra. Nhar
il-Gimgha ta’ qabel Hadd il-Palm, jigifieri tmint ijjiem qabel il-Gimgha
l-Kbira tahbat il-festa tad-Duluri, festa devota. Dak in-nhar dari kienu
jsumu hobz u ilma, sawma msejha s-Sawma tas-Seba’ Bukkuni, bhalma tfakkarna
din it-taqbila:
F’gieh in-niket tad-Duluri,
loqma hobz jahasra ‘tuni,
f’din is-sawma hobz u ilma
ghandi bzonn seba’ bukkuni.
Dawk li kienu jsumu hobz u ilma kienu jduru u jigbru seba’ bukkuni minghand
in-nies biex jumiljaw ruhhom, imbaghad, jieklu bukkun u l-ohrajn kienu
jqassmuhom lill-fqar. Il-festa tad-Duluri hija festa devota tabilhaqq ghaliex
sahansitra l-haddiema tal-partikular jew tal-privat ma jahdmux. F’din il-festa
tista’ tghid li fil-ghaxija ssir il-purcissjoni li fiha jiehu sehem kulhadd.
Il-purcissjoni tad-Duluri minbarra li hafna nies jimxu hafjin, f’certi
parrocci jiehdu sehem ukoll midinbin pubblici. Verament, Marija Addolorata
hija l-Omm ta’ kulhadd, ghaliex Binha Gesu’ miet ghal kulhadd, l-aktar
ghall-midinbin.
Fir-Rabat, Ghawdex, din il-purcissjoni tohrog mill-knisja zghira ta’
San Gakbu, purcissjoni li tkun immexxija mill-Fratellanza tad-Duluri li
membri taghha nsibu l-oghla u l-aqwa cittadini tal-gzira Ghawdxija.
Wara
l-festa tad-Duluri jigi Hadd il-Palm jew Hadd iz-Zebbug. F’dan il-jum issir
il-Purcissjoni bil-weraq tal-Palm u z-Zebbug imbierek, u fil-quddiesa jinqara
l-Passju jew ahjar l-istorja tal-Passjoni. Dan il-weraq juzawh biex f’Sibt
il-Ghid u fi zminijiet ohra jbahhru bih. Infatti l-irmied ta’ Ras ir-Randan
jew l-Erbgha tar-Rmied isir ukoll minn dan il-weraq is-sena ta’ qabel.
Hadd il-Palm kien festa interessanti hafna ghat-tfal Ghawdxin. Huma kienu jaghmlu hafna gheliem tal-passjoni bil-weraq tal-palm: Salib, salib tal-Kavalieri mzejjen b’werqa zebbuga, salib bis-sellum, bit-tnalja u bil-martell, kuruna, musmar, sellum, xabla, xi curkett u hekk.
Iz-zebbug imbierek nhar Hadd il-Palm, minbarra t-tbahhir kienu juzawh ukoll biex iqeghduh fil-pruwa ta’ xi qoxra tal-bahar; xi lanca, luzzu jew kajjikkg indendluh f’xi maqjel, u juhawh bhal asperges meta jitfghu l-ilma mbierek fuq xi hadd qieghed imut.
Wara l-festa tal-Ghid il-Kbir, il-Fra tal-Kapuccini kien johrog iqassam iz-zebbug imbierek l-aktar lil dawk in-nies li matul is-sena jkunu kkontribwew prodotti u flus lic-cirkatur tal-kunvent. Dari l-Fra tant kien iqassam frieghi taz-zebbug imbierek li kien ikollu johrog bil-karrettun tal-hmara mghobbi sa ruh ommu. F’San Gorg f’Hadd il-Palm kienu johorgu l-Vara l-Kbira u jpogguha fuq il-presbiterju ta’ l-istess Knisja Parrokkjali ghall-qima tal-pubbliku. It-Tnejn tal-Gimgha Mqaddsa jsir it-tqassim taz-zimarri u ta’ l-eghliem tal-Passjoni lil dawk it-tfal li jkunu se jiehdu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Kien ikun hemm ukoll dawk li jerfghu bandalori u fanali. L-irgiel jiehdu hsieb il-forcini u biex jerfghu l-istatwi.
Ghall-purcissjoni tar-Rabat, li dari kienet tohrog minn San Gorg, l-istatwi
tal-Kolonna u tal-Porpra kienu jingiebu mill-Katidral merfughin fuq bradella
b’zewg fanali quddiem u, naturalment, b’qatgha tfal jigru madwarhom. L-irjus,
l-idejn u s-saqajn ta’ l-Orazzjoni fl-Ort u ta’ l-Imghobbi kienu jitnizzlu
f’kaxxa.
L-istatwa tad-Duluri kienet tingieb minn San Gakbu. Fl-Erbgha tat-Tniebri
kienu jghattu t-twieqi u b’hekk fil-knisja joholqu atmosfera ta’ dlam u
ta’ dwejjaq. Jithejja wkoll is-Sepulkru jew l-Altar tar-Ripozizzjoni fil-knejjes
Sagramentali. Fir-Rabat, Ghawdex, il-Vizti tas-Seba’ Knejjes jistghu jsiru
f’seba’ knejjes differenti ghaliex hemm sahansitra aktar minn seba’ knejjes
Sagramentali.
Nhar il-Gimgha l-Kbira, wara l-funzjoni, issir il-purcissjoni tal-Passjoni; fil-purcissjonijiet illum insibu hafna gruppi ta’ personaggi biblici u nies igorru l-ktajjen. Dawn ifakkruna meta l-ilsiera kienu jaghmlu weghda li jkaxkru l-ktajjen tal-jasar fil-purcissjoni tal-Birgu. F’dan il-jum, il-qniepen ikunu hiemda, u xi drabi jdoqqu c-cuqlajta, drawwa ohra li dahlet minn Malta.
Ir-Randan ta’ dari, bil-festi tal-Gimgha l-Kbira, kien bil-wisq differenti mil-lum u kien zmien ghaziz u zmien qaddis, kollu drawwiet gejjin mill-qedem. Illum baqa’ biss ismu u t-tifkiriet nostaligici tieghu, almenu ghal dawk li ghadhom jiftakruhom. Ghal x’uhud, minkejja li huma xjuh, ir-Randan ghadu dak ta’ dari u josservawh bhalma kien jobbliga l-precett ta’ l-imghoddi.
(Dan l-artiklu deher ghall-ewwel darba fir-rivista "Il-Hajja
f'Ghawdex", April 2000)
back to aboutmalta.com: Gozo &
Comino