
|
|
|
|
Wahda
mill-wirjiet li l-aktar tigbed nies fil-gzira Ghawdxija hi bla dubju ta'
xejn "Ic-Cena tas-Sinjur" li tara l-ahhar ikla tal-Mulej mal-appostli f'Hamis
ix-Xirka. Ic-Cena tas-Sinjur Gesu' - maghrufa ahjar bhala Mejda ta' l-Appostli
ilha issa ssir ghal dawn l-ahhar 11-il sena. Meta ssawret ghall-ewwel darba
fl-1989, ghalkemm nieqsa minn bosta dettalji intghogbot hafna minn dawk
li gew izuruha u l-organizzaturi imtlew b'kuragg u deteminazzjoni biex
din il-Wirja terga' ssir. Minn sena ghall-ohra din il-Mejda ta' l-Appostli
bdiet tikber, kemm fit-tiswir kif ukoll fil-popolarita' tant li llum hija
wahda mill-aktar wirjiet mfittxija gewwa Ghawdex.
Sentejn ilu l-organizzaturi meddew pass iehor importanti - dik li jsiru
statwi life size ta' l-Appostli flimkien ma' dik ta' Kristu. Fl-1998 izzanznet
l-istatwa ta' Kristu - xoghol ta' l-artist zaghzugh naduri James Azzopardi.
Din is-sena jizzanznu 4 statwi ohra - dawk ta' San Pietru, San Gwann, San
Gakbu u dik ta'
Guda - kollha xoghol ta' James Azzopardi. Ix-xewqa ta' l-organizzaturi
hija li jitlestew l-istatwi kollha sas-sena d-diehla. Ta' min jghid ukoll
li dawn l-istatwi qed jithallsu minn diversi benefatturi. Sal-lum diga'
thallsu tnax-il statwa.
Wahda
mill-karatteristici importanti ta' din il-Mejda ta' l-Apposti huwa l-ambjent
lhudi li jinholoq madwar din il-Mejda. Ta' kull sena is-setup ta' l-ghorfa
ta' Gerusalemm jinbidel fuq pjanta li tithejja apposta. Dan isir permezz
ta' armar li jikkonsisti fi struttrui tal-hadid, injam, Jablo u materjal
iehor u dan kollu jghin biex jinholoq ambjent tipiku lhudi tant li min
jidhol fis-sala ihossu qed jinqata' mill-prezent biex ghal ftit tal-hin
jghix il-mumenti tat-twaqqif ta' l-Ewkaristija.
Preparazzjoni: Ix-xoghol fuq Ic-Cena tas-Sinjur jibda minn disa' gimghat qabel. Fost ix-xoghol li jsir kollu mill-membri u zaghzagh tal-Qasam taghna ikun hemm dak marbut mal-palk, iinjam u dak tad-dawl, u xenarju, u effetti specjali. Dan ix-xoghol kollu jitlesta sabiex din tinfetah ufficjalment nhar Hadd il-Palm fil-ghodu u tibqa' miftuha sa Sibt il-Ghid. Din is-sena (1999) zaruha iktar minn 3000 ruh bl-akbar attendenza tibqa' dejjem nhar Hamis ix-Xirka u l-Gimgha l-Kbira. Ghas-sena 2000 hemm il-hsieb li jitlestew 4 appostli ohra biex sas-sena 2001 is-sett ikun komplut.
back to aboutmalta.com: Gozo & Comino