
|
|
|
|
Il-produzzjoni
u l-kwalita' artistika mhux bilfors li jridu jkunu relatati mad-daqs geografiku.
Minkejja c-cokon tieghu, fil-qasam ta' l-arti viziva Ghawdex ghandu wirt
li jolqtok. L-ewwel hjiel artistiku nsibuh fil-fdalijiet arkijologici,
fosthom l-imqades tal-Ggantija. Huma l-bidu ta' l-arkitettura taghna; monument
ghall-hila, is-sengha u l-intelligenza ta' missirijietna. Minkejja d-diffikultajiet
teknici tal-bennejja tal-qedem, nintlaqtu mill-ippjanar, il-proporzjonijiet
u dehra artistika u mponenti ta' l-imqades.
Il-bniedem Neolitiku sfrutta l-materja prima li sab madwaru. Beda process li kellu jwassal sakemm tissawwar arkitettura b'tahlit u nfluwenzi, izda b'karattru taghna. Mat-tixrid tac-civilta', il-kummerc u l-ambizzjonijiet politici u territorjali, nibtet l-arkitettura militari. Insibu l-fortini u t-torrijiet ta' zmien l-Ordni kif ukoll id-djar fortifikati f'ghamla kwadra jew irregolari. Izda l-ikbar gawhriet ta' arkitettura militari huma l-Forti Chambrai u s-swar tal-Belt il-Qadima. Ic-Citadella tisseqqer 'il fuq, sensiela ta' linji dritti u rigidi li jnisslu sens ta' sahha u serjeta'.
L-arkitettura
ekklezjastika tatna l-ghadd sabih ta' knejjes u kappelli li tant jorqmu
l-pajsagg. Hemm il-knejjes bikrin bi pjanta semplici rettangulari, b'saqaf
lixx jew hajta mmejjel. Insibu knejjes akbar aktarx f'ghamla ta' salib
latin mibnija bi stil li jvarja mir-Romanesk, ghall-Barokk u n-Neo-Gotiku.
Hafna isqfa huma mfassla fuq l-istil Barokk b'koppla li hi karatteristika
tar-rahal Ghawdxi.
Fost il-bini pubbliku tispikka l-banka Giuratale (is-sede ta' l-Universita' Ghawdxija), il-palazzin Bondi' bi stil rinaxximentali Spanjol, u l-isptar il-qadim bi pjanta ta' Michele Cachia. L-imtiehen tar-rih u certi eghjun pubblici jigbdulna wkoll l-attenzjoni. L-arkitettura domestika tinkludi r-razzett li tant jixraq ma' l-ambjent rustiku. Semplicita' u funzjonalita' huma l-kriterji li jixhdu zminijiet ohra waqt li l-kontroll fil-linjamenti jirriflettu l-karattru Ghawdxi. Niltaqghu wkoll ma' xi djar qodma bi gwarnicuni u lavur fil-faccata u b'galleriji miftuha ta' certu valur.
Il-wirt fil-qasam ta' l-iskultura jvarja mill-arti popolari bhalma hi l-istatwa votiva fin-nicca tal-berah, sal-basso relievi u l-istatwi fil-knejjes. Uhud minnhom huma ta' certu livell artistiku. L-istil ivarja min-Neo-Klassiku ghal dak Barokk. Uhud huma xoghol skulturi u statwarji lokali, ohrajn kienu importati minn fabbriki barranin, l-iktar minn Marsilja. Fil-qasam ta' l-iskultura ta' min isemmi l-produzzjoni li taw Wistin Camilleri u Guze Agius f'livelli diversi.
L-ahjar
u l-ikbar ghadd ta' pitturi jinsabu fil-knejjes. Hawnhekk ukoll insibu
rapprezentanza tal-artisti Maltin minn Zahra sa Pisani, Vella u Cremona,
flimkien ma' ohrajn barranin. Certi xoghlijiet jilhqu livell sodisfacenti;
ohrajn jistghu jitqiesu ta' livell provincjali. Membri tal-familja Busuttil
(seklu 18-19) kienu pijunieri fost il-pitturi Ghawdxin. Michele, il-missier,
mhux biss kien l-ewwel ghalliem tad-disinn meta nfethet l-iskola ta' l-arti
fi zmien l-Inglizi, izda halla wkoll xoghlijiet li jistabbiluh bhala artist
ta' certu livell. Ibnu Salvatore, influwenzat hafna min-Nazzareni, kien
minjaturista ta' sensittivita' u li stabbilixxa ruhu barra minn xtutna.
Hutu Luigi u Clemente (flimkien ma' wliedu) forsi huma artisti ta' skala
izghar. Clemente ta sehem siewi wkoll bl-iskola tad-disinn li kellu f'Ghawdex
fit-tieni nofs tas-seklu dsatax.
Illum, il-wirt artistiku qed jissokta joktor. Ghandna artisti Ghawdxin li diga' stabbilew ruhhom bhala pitturi, skulturi u ceramisti bl-istil karatteristiku taghhom. Il-wirjiet li ta' spiss naraw fi gziritna jawguraw gejjieni sabih. Juruna l-interazzjoni ta' l-artisti taghna ma' zviluppi u movimenti barranin. Fuq kollox juruna li tjieb sewwa l-livell fil-prezentazzjoni. Nittama li l-iskola ta' l-arti t'Ghawdex trawwam demm gdid u tnebbet ideat godda. Barra li tipprovdi l-bazi ta' taghlim, trid isservi ta' molla biex theggeg lill-istudenti jiskopru lilhom infushom u lid-dinja ta' madwarhom.
Il-wirt
li hallewlna missirijietna ma jridx jieqaf ghax inkella nieqfu fil-fazi
ta' muzew. It-tradizzjoni trid tibqa' tinbena. Trid tibqa' tissarraf f'kontinwita'
biex tibqa niezla ghal ta' warajna. Lil uliedna rridu nghaddulhom ukoll
il-fazi taghna msawra mill-esperjenzi, l-interazzjonijiet, it-tamiet u
l-espressjoni relevanti ghal, u li tirrifletti, zmienna. Irridu nuru li
ahna poplu haj li ma ghotorx fi zmienu, izda li baqa' miexi bl-identita'
partikulari u distintiva tieghu.
Ta' min iheggeg ukoll li l-vizjoni u l-esperjenzi godda li ksibna ma jissarfux biss fl-arkitettura, pittura u skultura. Ta' min jifrixhom ukoll fl-arti applikata, fid-disinn u l-prezentazzjoni tal-prodotti li nsawru, l-iktar fix-xoghol ta' l-artigjanat, b'mod partikulari fil-bizzilla, xoghol fil-gebel u l-fuhhar. Waqt li nissuktaw b'disinji tradizzjonali u stabbiliti, nikxfu wkoll possibilitajiet ohra ta' kif l-arti tista' tghinna noholqu l-gdid.
Din hi gzira zghira, ghandha l-limitazzjonijiet taghha. Izda t-talent m'ghandux jixxekkel mill-konfini geografiku. Il-wirt taghna, flimkien mal-karattru habrieki, biezel u hawtiel ghandhom iservu ta' incentiv biex inharsu 'l quddiem b'tama.
Mur lura ghal aboutmalta.com: Gozo & Comino